San Frangisk  - artikli  

 

<<|werrej|>>


Il-Firma ta' San Frangisk


 materjal mehud u tradott mir-rivista

"San Francesco Patrono d'Italia"


San Frangisk kien jiffirma bit-Taw

Jikteb Fra Tumas ta' Celano li darba Fra Pacifiku, sieheb San Frangisk, kellu dehra li fiha lemah fuq gbin Frangisk sinjal kbir ta' l-ittra TAW. Din hi ittra fl-alfabett Grieg li tikkorrispondi mat-T tal-Malti. Dan ir-rakkont nagrawh fit-Tieni Hajja ta' San Frangisk li kiteb Celano, li hu wiehed mill-bijografi l-aktar importanti tal-Qaddis. Id-dehra tat-taw fuq gbin San Frangisk ghandha rabta b'xi mod ma' dak li qal Innocenz III meta fetah it-Raba' Koncilju tal-Lateran, fl-1215. Qal il-Papa: "Min ghandu das-sinjal fuq gbinu digÓ qieghed l-ghemejjel tieghu taht is-setgha tas-salib. Huwa jimmarka t-taw fuq gbin il-bnedmin."

 

Il-Ktieb ta' l-Apokalissi wkoll igib lill-maghazulin bhala dawk li ghandhom is-sinjal tas-salib fuq gbinhom. L-ittra taw hija wahda mill-ittri ta' l-alfabett Grieg u tinkiteb ghamla ta' salib. Fil-Bibbja nsibu silta fil-Ktieb ta' Ezekjel li tghid hekk: "Ghaddi minn nofs il-belt, minn nofs Gerusalemm, u aghmel il-marka TAW fuq gbin dawk li ssibhom jitniehdu u jitbekkew..." (Ezek 9: 4). San Bonaventura jorbot din is-silta tal-Profeta mal-missjoni ta' San Frangisk, li skond dan il-kittieb ta' hajtu kienet tikkonsisti "filli jqieghed il-marka TAW fuq gbin il-bnedmin li jitniehdu u jitbekkew, huma u jduru b'qalb sinciera lejn Kristu" (LM 4-9). Wiehed jinnota li San Bonaventura jikkwota l-istess kliem ta' Ezekjel fil-kitba tieghu.

 

San Frangisk, imbaghad, beda juza t-TAW minflok is-sinjal tas-salib, u biha kien jiffirma l-ittri kollha li kien jikteb bhalma naraw fil-barka lil Fra Ljun, li llum tinsab fil-kappella tar-relikwi fil-Bazilka ta' Assisi.

 

Illum hafna huma dawk li jilbsu t-TAW imdendel ma' xi gizirana jew mehmuz mal-pavru tal-glekk. Izda biex dak li jkun ma jilbisx dan is-sinjal biss bhala ornament u xejn izjed, jehtieg li jzomm f'mohhu l-kliem tal-Papa Innocenz III: "Ingorru t-TAW jekk insallbu l-gisem flimkien mad-dnubiet u d-drawwiet il-hziena. Ingorru t-TAW jekk nistqarru: b'xejn aktar ma niftahar jekk mhux bis-Salib ta' Sidna Gesu Kristu... Min igorr it-TAW isib il-hniena, sinjal ta' hajja niedma u mgedda fi Kristu... Kunu, mela, il-mudelli tat-TAW tas-SALIB!"

 

L-aktar zewg episodji importanti fil-hajja ta' San Frangisk huma dawk li nistghu nsejhulhom l-inkoronazzjoni ta' l-ezistenza tieghu: dak li waqt li fih ircieva l-pjagi tal-passjoni u sar xbieha ta' Kristu minn gewwa u minn barra, u l-laqgha tieghu ma' "ohtu" l-mewt li biha nghaqad definittivament ma' dak li kien sar il-Mahbub ta' qalbu: Ges¨.

 

Frangisk jircievi l-pjagi

San Bonaventura jikteb: "Huwa u jitlob fuq il-genb tal-Verna (= il-muntanja ta' Arezzo) Frangisk ra lil Kristu f'ghamla ta' Serafin imsallab. Dan stampalu f'idejh, f'riglejh, kif ukoll f'genbu tal-lemin il-griehi tas-Salib ta' l-istess Sidna Ges¨ Kristu" (LM 13: 3).

 

Giotto hallielna xbieha ta' dan l-espisodju f'wiehed mill-affreski fil-Bazilka ta' fuq f'Assisi (lemin). Fih naraw lil San Frangisk fin-naha tax-xellug tax-xena fuq ix-xifer ta' rdum tal-muntanja. Warajh nilmhu l-quccata tal-Verna miksija bis-sigar. Il-Qaddis jinsab gharkobbtejh fuq l-irkobba l-leminija b'gismu mixhut lura u dirghajh, mixhutin lura huma wkoll, jerfghulu idejh sal-gholi ta' l-ispallejn. Il-Qaddis qieghed ihares 'il fuq.

 

Fir-rokna leminija fil-gholi, imkebbeb f'sitt gwienah u mdendel fl-arja, naraw lil Kristu msallab. L-ghamla tas-salib tidher tiddi fil-glorja izda l-ghuda ma tidhirx. Mill-hames pjagi jidhru hergin hames raggi mixhutin lejn San Frangisk u dawn qeghdin jistampawlu f'gismu l-griehi ta' l-Imsallab. Il-figura ta' Kristu, hlief ghal sidru u saqajh, tinsab mghottija kollha kemm hi bil-gwienah. Dirghajh miftuhin ghamla ta' salib u idu l-leminija kemm kemm mghollija 'l fuq bhallikieku biha Kristu qieghed ibierek lil Frangisk.

 

Fin-naha tax-xellug ta' San Frangisk, fuq it-trejqa dejqa tal-muntanja, hemm kappella ckejkna, u fuq il-lemin, ftit aktar 'l isfel, hemm kappella ohra bil-bieb bi hnejja u b'lavur dekorattiv. Qrib il-kappella tal-lemin hemm wiehed minn shab il-Qaddis bilqieghda ma' l-art aljenat jaqra ktieb.

 

Jekk dan l-affresk nezaminawh bl-attenzjoni nintebhu li fin-naha ta' quddiem, fuq il-blat tal-muntanja, il-pittur pinga b'reqqa kbira xi xtieli b'ward ahmar u izraq.

 

Il-mewt ta' San Frangisk

San Bonaventura jikteb: "Dak il-hin sew li fih San Frangisk kien qed ihalli din id-dinja, wiehed patri ra lil ruhu tielgha s-sema f'ghamla ta' kewkba kollha dija" (LM 14: 6).

 

L-affresk li fih naraw il-mewt ta' San Frangisk (lemin) huwa kumpless ghall-ahhar ghax irid jghaqqad il-mewt tal-Qaddis mad-difna tieghu. Ghalhekk tidher ix-xena tas-sacerdot ibierek il-gisem mejjet ta' San Frangisk.

 

Fuq quddiem hemm San Frangisk mejjet mimdud fuq tavla li qieghda fuq il-qiegha ta' l-art. Ras il-Qaddis tistrieh fuq imhadda. Madwar il-katavru ta' l-imghallem hemm hdax-il patri, min bilqieghda min gharkobbtejh, izda lkoll jidhru mnikktin. Wiehed minnhom qieghed ibus is-sieq ix-xelluqija tal-Qaddis, filwaqt li iehor qieghed izommlu idu l-leminija, huwa u jhares lejn dak li qed ibus is-sieq. Seba' patrijiet ohra jinsabu migburin madwar ir-ras ta' missierhom mejjet.

 

Wara dan il-grupp ta' patrijiet milqutin bin-niket, wiehed jilmah grupp iehor, akbar fil-ghadd, li jokkupa n-naha tan-nofs tax-xena. Dawn ukoll huma shab il-Qaddis. Fin-nofs jidher sacerdot liebes l-alba, l-istola msallba fuq sidru u l-maniplu; f'idu tax-xellug ghandu ktieb filwaqt li b'tal-lemin qieghed izomm l-aspersorju ta' l-ilma mbierek. Fix-xellug hdejn is-sacerdot (fuq il-lemin tieghu kif ihares lejna) hemm patri liebes l-alba, izomm is-satla u l-incensier. Fuq naha u fuq ohra tac-celebrant jidhru erba' bit-torci (tnejn fuq kull naha). Din hi x-xena tal-funeral ta' San Frangisk.

 

Fin-naha ta' fuq ta' l-affresk nilmhu erba' angli jgorru ruh San Frangisk lejn is-sema. F'kull naha ta' dan il-grupp naraw zewg gruppi ta' tliet angli l-wiehed. Ruh il-Qaddis hi rapprezentata bil-bust tieghu mdawwar b'dijadema kkusksjata.

 

L-uniku wiehed li qieghed jara dak li qed jigri fil-gholi huwa l-patri li jinsab gharkobbtejh wara ras il-katavru tal-Qaddis. Dan ghandu harstu merfugha 'l fuq filwaqt li b'idu qed imelles il-lehja. 

 

<<|werrej|>>


Dan l-artiklu deher fir-rivista Frangiskana Il-Habbar ta' Sant'Antnin, nru4 - Ottubru 2001, 27-28.

Assisi 12.9.2003


Il-Barka lil Frate Leone miktuba minn San Frangisk innifsu.

Illum qieghda

fil- Bazilka ta' San Frangisk, Assisi.