San Frangisk  - artikli  

 

<<|werrej|>>


San Frangisk u t-TrintÓ


 kitba ta' Patri Frans Abela OFMCap.


FamiljaritÓ mat-trintÓ Qaddisa

Il-kuntatt ma' Alla bit-talb mhux ta' kulhadd l-istess. Uhud kellhom rapport mieghu dirett u personali; ohrajn bis-sahha ta' bnedmin ohra. MosŔ kien jitkellem ma' Alla wicc imb'wicc bhalma wiehed jitkellem ma' habibu, filwaqt li l-poplu Lhudi ddelega lil MosŔ biex iwassallu x'ried Alla minnu: "Kellimna int u nisimghuk, imma ma jkellimniex Alla, li ma mmutux" (Ez 20, 19).

 

Ahna l-insara nemmnu li Alla dahal f'rapport maghna u wriena min hu, Alla wiehed fi tliet persuni. U rrivelalna min hu mhux biex jissodisfa l-kurzitÓ taghna, imma biex ihajjarna nidhlu fic-cirku tal-hajja trinitarja. Din ir-relazzjoni dwaru wassalhielna permezz ta' Ibnu: "Ma nghidilkomx aktar qaddejja ghax il-qaddej ma jafx x'jaghmel sidu; sejjahtilkom hbieb, ghax kull ma smajt minghand Missieri gharrafthulkom" (Gw 15, 15). Issa li wiehed ma jinteressax ruhu u jinvolvi lilu nnifsu f'din il-hajja ma' Alla l-Missier, Iben u Spirtu s-Santu bhal min hu midhla mat-trianglu, missier-Iben-ulied, ikun qed icahhad lilu nnifsu mill-ghana u mill-ferh merfugh ghalina l-insara.

 

Frangisku u t-TrinitÓ

Il-mod kif dan il-ghan jista' jintlahaq jurihulna San Frangisk, gwida eccellenti ghal prattika effettiva tal-fidi taghna. B'hajtu Frangisku wettaq kliem San Pawl: "Intom mghadkomx aktar barranin u ghorba, imma intom cittadini flimkien mal-qaddisin u nies tad-dar ta' Alla, mibnija lkoll fuq is-sisien ta' l-appostli u tal-profeti, fejn Kristu hu l-gebla tax-xewka. Fih, il-bini kollu jintrabat sewwa, jitla' f'tempju qaddis fil-Mulej; fih, intom ukoll fl-Ispirtu, tinbnew flimkien f'dar fejn jghammar Alla" (Ef 2, 19-22). Dil-familjaritÓ ta' Frangisku mat-tliet persuni jurihielna wiehed mill-biografi tieghu: "Ta' spiss kien jitkellem mal-Mulej u Mhallef tieghu, jitlob bil-qalb lill-Missier, jithaddet mal-habib u jiccajta bi mhabba mal-Gharus" (2 Cel).

 

Din il-familjaritÓ tnixxi mill-kitbiet tieghu, l-aktar fir-Regola, fejn fil-ftuh taghha jafda lilu nnifsu u lil uliedu f'isem il-Mulej. Lilu kien iqim, irodd hajr u jfahhar u jistieden lill-ohrajn biex jidhlu f'intimitÓ ma' dal-misteru gholi ta' Alla wiehed fi tliet persuni.

 

Mill-kliem nghaddu ghall-fatti. Fost uliedu tal-bidu, nies semplici hafna, kien hemm min ried jiskopri r-rieda ta' Alla bil-ftuh tal-Ktieb ta' l-Evangelju fejn jigi, imma hu ssuggerielhom jifthuh darbtejn ohra halli bl-appogg ta' tliet xhieda (tliet persuni qaddisa) ikunu zguri minn dak li ried Alla minnhom. F'Bevagna ta d-dawl lil tifla billi mmassaggalha ghajnejha bir-rieq ghal darba, tnejn, tlieta fl-isem tat-TrinitÓ Qaddisa.

 

Frangisku u Alla l-Missier

Hadd minna zgur ma kien ser jazzarda jsejjah lil Alla b'missieru kieku ma kienx Ges¨ stess li hajjarna naghmlu hekk meta ghallimna t-talba tal-Missierna. Ghax dan 'Missierna jinsab hs-smewwiet' lilna gieli jigrilna li nqisuh bhal xi personagg li jinsab 'il boghod hafna minna li qajla nistghu nidhlu f'kuntatt mieghu. Frangisku kien tant midhla mieghu li, meta gie msejjah quddiem l-isqof ta' Assisi halli jispjega kif kien qed iberbaq gid missieru, wara li nehha hwejgu minn fuqu u tahomlu biex jghozzhom, stqarr pubblikament: "Millum 'il quddiem nibda nissejjah iben il-Missier tas-sema u mhux izjed iben Pietru Bernardone" (Tre Comp 20). U Ges¨ fl-Evangelju donnu jurina kemm kien favur min igib ruhu b'mod drastiku bhal Frangisku: "Issejhu 'l hadd fuq l-art missierkom, ghax wiehed hu Missierkom, dak li hu fis-smewwiet" (Mt 23, 9).

 

Ma' dan Missierna nistghu nitkellmu kemm irridu basta fis-skiet u l-gabra ta' qalbna; Missierna li jixtieqna nkunu perfetti bhalu, Missierna li jhobbna lkoll xorta wahda ghax ilkoll uliedu f'Ibnu, Missierna li jipprovdilna l-mehtieg ghall-hajja ghax ghalih ahna niswew aktar mill-ghasafar ta' l-ajru. Frangisku kien jemmen b'qalbu kollha fil-providenza tal-Missier, u nissel dil-fidi u fiducja fost il-mahbubin ulied tal-bidu. Araw xi hlewwa! Darba wahda qeghelhom jistiednu lit-tabib ghall-pranzu: Il-Gwardjan ma tantx ghogbitu l-idea ghax ma hassux komdu. Imma Frangisku nsista u t-tabib laqa' l-istedina. Kulma kellhom x'iqieghdu quddiemu kien ftit hobz, haxix mgholli u kemmxejn inbid. Fis-siegha u l-hin habbat il-bieb u giet mara b'kannestru mimli hobz frisk, hut, frejjeg tal-gambli, tuftieh u gheneb. Ilkoll kielu bil-qalb u refghu ghall-ghada minn frott l-abbundanza providenzjali ta' Alla, u baqghu mbellhin bil-qdusija ta' missierhom Frangisku (2 Cel 44).

 

Frangisku u Alla l-Iben

Ma' l-Iben Frangisku kien ihossu aktar ta' gewwa ghalkemm lill-Missier kien spiss jadurah u jfahhru minkejja li "lil Alla qatt ma rah hadd" (Gw 1, 18), ghaliex dan (l-Iben) "il-Verb sar bniedem u ghammar fostna, u ahna rajna l-glorja tieghu, glorja li ghandu mill-Missier bhala ibnu l-wahdieni" (Gw 1 , 14). Xhieda ta' kemm kien iffissat fi Kristu huma l-patrijiet li ghexu mieghu. "hsiebu kien biss u dejjem f'Ges¨: Ges¨ kien f'qalbu, fuq xofftejh, f'widnejh, f'ghajnejh, f'idejh u fil-membri kollha ta' gismu. Bizzejjed kien jisma' lil haddiehor ilissen l-isem ta' Ges¨ li tant kien jintilef li gieli nesa jkompli jiekol jew jaqta' hesrem xi mixja minn post ghall-iehor u minflok ikel jew mixi kien jistieden u jhajjar lil ta' madwaru biex dlonk jibdew ifahhru mieghu lil Ges¨" (1 Cel). Lil Ges¨ kien jimmaginah haj taht l-ispeci tal-hobz u ta' l-inbid fl-Ewkaristija; lil Ges¨ rraprezentah tarbija fil-presepju ta' Greccio u ppersonifikah imsallab bil-griehi tieghu jdemmu f'gismu fl-ahhar sentejn ta' hajtu. Ghiduli intom liema mahbub hu kapaci jintilef fil-hsieb tal-mahbuba tieghu daqs Frangisku f'Ges¨ helu tieghu?

 

Frangisku u l-Ispirtu s-Santu

Il-famljaritÓ ta' Frangisku ma' din it-tielet persuna divina faqqset sa mill-bidu tal-mixja ta' konversjoni tieghu meta darba wahda kien jinsab qrib il-knisja ckejkna ta' San Damjan. Imqanqal mill-Ispirtu s-Santu, dahal hemm jitlob quddiem il-kurcifiss u milqut mill-grazzja ta' Alla, hass ruhu mibdul ghal kollox (2 Cel). Imma l-intimitÓ tieghu ma' l-Ispirtu s-Santu ma wagfitx mal-konverzjoni. Imxiet 'il quddiem fit-tiftix tal-messagg li tah dak il-kurcifiss ghaziz: "Frangisku mur sewwi l-knisja tieghi", li "ghall-ewwel ha kliemu kelma b'kelma, u mbaghad imnebbah mill-Ispirtu s-Santu, fehem li Alla riedu jirranga l-Knisja li Ges¨ feda bit-tixrid ta' demmu, kif aktar tard stqarr hu stess lil uliedu" (Leg M II). Kien ukoll l-Ispirtu s-Santu li wrieh x'forma ta' hajja kellu jaqbad: "Wara li l-Mulej tani f'idejja l-harsien ta' l-Ahwa, hadd ma wrieni x'kelli naghmel, izda l-Aktar Gholi (l-Ispirtu s-Santu) innifsu nebbahni li kelli nghix skond l-Evangelju Mqaddes" (Testment).

 

Frangisku kien ihossu fqir wisq biex ifahhar kif jixraq lill-Mulej, u ghalhekk kien jitlob lil Ges¨ bl-Ispirtu s-Santu biex iwasslu huma floku t-talb umli tieghi (Regola mhux Bullata).

 

U lil dawk minn fost uliedu li kienu jhossuhom mhux tajbin biex jippridkaw, kien iheggighom biex ma jagtghux qalbhom bi kliem Kristu: "Mhux intom tkunu li titkellmu, imma l-Ispirtu tal-Missier taghkom li jitkellem fikom" (Mt 10, 20). Dawk li lil Frangisku kienu jafuh sew ghax ghexu mieghu, stqarrew: "Kliemu ma kienx vojt jew fieragh, imma tant mimli b'qawwa ta' l-Ispirtu s-Santu li kien jinfed il-qlub u jghaggeb lil min jisimghu" (Leg M III), u dan ghaliex kien bniedem mimli kollu kemm hu bil-frott ta' l-Ispirtu s-Santu: imhabba, ferh, sabar, hniena, tjubija, fidi, hlewwa u razna (ara Gal 5, 22).

 

Il-hajja sagramentali taghna hi minsuga kollha kemm hi bl-ismijiet tal-Missier u ta' l-Iben u ta' l-Ispirtu s-Santu: maghmudija, qrar, tqarbin u anke t-talb waqt l-assistenza mal-moribondi. Ghalhekk ghandna nhossuna midjunin lejn it-TrinitÓ Qaddisa ghall-barkiet li kontinwament hi ssawwab fuqna, u, b'sens ta' qima lejha, irroddu sew is-sinjal tas-salib u nirrecitaw b'devozzjoni l-Glorja.

 

Jalla l-grazzja ta' Sidna Ges¨ Kristu, l-imhabba ta' Alla l-Missier u l-ghaqda fl-Ispirtu s-Santu tkun maghna dejjem.

 

<<|werrej|>>


Dan l-artiklu deher fi tlett partijiet fir-rivista Frangiskana Dawl Frangiskan, Gunju/Lulju, Awissu/Settembru u Ottubru, 2002.

Assisi 12.9.2003


Il-familjaritÓ ta' Frangisku mat-tliet persuni

tat'TrinitÓ jurihielna

Tumas ta' Celano wiehed

mill-biografi tieghu:

"Ta' spiss kien jitkellem mal-Mulej

u Mhallef tieghu,

jitlob bil-qalb lill-Missier, jithaddet mal-habib

u jiccajta

bi mhabba mal-Gharus" (2 Cel).