San Frangisk  - artikli  

 

<<|werrej|>>


Gesł jahkem qalb Frangisku


 Kitba ta' Bro Ivan Scicluna OFMCap


Frangisku kien marid b'marda li ma seta' jfieq qatt izjed minnha. Fra Tumas minn Celano jiddeskrivilna l-gravitata' din il-marda li nseriet ruhha fil-vibri u fit-tessuti tieghu, hekk li saret parti mic-cirkulazzjoni ta' demmu: "Tabilhaqq, Frangisku kien mehdi kontinwament b'Gesł; lil Gesł kien igorru f'qalbu; Gesł kien f'mohhu, Gesł kien f'widnejh, Gesł kien f'ghajnejh, Gesł kien f'idejh, Gesł kien fil-bqija tal-membri ta' gismu" (1 Celano 115).

 

Kif nahseb li ndunajtu, Frangisku kien marid bil-marda li jisimha Gesł u seta' tabilhaqq jghid ma' San Pawl: "il-hajja tieghi hi Kristu" (Hl 1, 21).

 

Meta l-Fqajjar t'Assisi halla lil Gesł jahkimlu qalbu u jiehu gheruq sewwa f'hajtu, hassu mbuttat biex ighajjat lil Kristu b'hajtu u jiggenerah f'hajjet haddiehor. Donnu ma kellux ghazla ohra. Fih kellu mkebbsa l-konvinzjoni tahraq ta' San Pawl, li stqarr: "Hazin ghalija jekk ma nxandarx l-Evangelju!" (1 Kor 9,16). Dan jikkonfermah b'qawwa l-Papa Gwanni Pawlu II meta fl-Ittra Appostolika tieghu Novo Millenio Ineunte jistqarr: "Dawk li jkunu genwinament iltaqghu ma' Kristu, ma jistghux izommuh ghalihom infushom: jehtieg jipprokklamawh" (Kap II n.40). Il-Mulej hekk jaf jaghmel mal-maghzulin tieghu: jimlihom u jiffurmahom, biex imbaghad fiz-zmien it-tajjeb, jibaghthom jaghtu xhieda ta' l-impatt li kellu fuq hajjithom. Din il-moghdija divina, San Mark jigborha f'zewg versi stupendi fit-tieni kapitlu ta' l-Evangelju tieghu: "Gesł tela' fuq il-gholja u sejjah lejh dawk li ried. Huma resqu lejh u ghazel tnax, li semmihom appostli, biex jibqghu mieghu u biex jibghathom ixandru." (Mk 2, 13-14)

 

Il-kontenut tal-predikazzjoni ta' Frangisku ma kien xejn ghajr il-Persuna ta' Gesł Kristu u allura t-thaddin tal-valuri tas-Saltna ta' Alla, fosthom il-penitenza, kelma li tfisser - konverzjoni tal-qalb. Il-Papa prezenti, fl-istess Ittra Appostolika li semmejna, jishaq, b'urgenza li tinhass, dwar ic-centralitą ta' Kristu hl predikazzjoni ghax lilu nafu s-salvazzjoni taghna: "Le, m'ahniex se nkunu salvati minn xi formula, izda minn persuna u l-assigurazzjoni li jaghtina Kristu: "Jiena maghkom!" (Kap III n.29). Madre Tereza wkoll kellha l-konvinzjoni fil-qalb taghha li l-Evangelizzazzjoni tfisser - taghmel lil Gesł prezenti fost l-ohrajn.

 

Mulej irrid insir dejjem izjed midhla tieghek; "irrid inross il quddiem biex nahtaf lilek, bhalma inti diga' htaft lili" (Fil 3,12), biex meta jkun il-waqt inhallik tfur minn hajti fil-qalb ta' l-ohrajn halli haddiehor ukoll iduq u jara kemm hu tajjeb il-Mulej" u jaghraf kemm hu "hieni l-bniedem li jistkenn fih."

 

<<|werrej|>>


Dan l-artiklu deher bit-titlu "Nghajtu lil Kristu b'Hajjitna" fir-rivista Frangiskana, Dawl Frangiskan,  Novembru 2001, 7.

Assisi 12.9.2003


"Tabilhaqq, Frangisku kien mehdi kontinwament b'Gesł;

lil Gesł

kien igorru f'qalbu;

Gesł kien f'mohhu, Gesł kien f'widnejh, Gesł kien f'ghajnejh, Gesł kien f'idejh,

Gesł kien

fil-bqija

tal-membri ta' gismu"