San Frangisk  - artikli  

 

<<|werrej|>>


San Frangisk, Evangelju Haj


 Kitba ta' Bro Mario Vassallo OFMCap


San Frangisk jibqa' jissemma fl-istorja mhux ghax wettaq xi attakk terroristiku, imma ghax kien kapaci jghix fir-radikal dak li kull nisrani hu imsejjah biex jghix - l-Evangelju.

 

Fil-"Fjuretti", ktieb mill-isbah li jgibilna episodji mill-hajja ta' San Frangisk, naqraw: "L-ewwel haga li ghandna nzommu l-hin kollu quddiem ghajnejna hi li, il-glorjuz u qaddis Frangisku fl-eghmejjel kollha ta' hajtu kien jixbah lil Kristu mbierek" (Kap I). Mela, il-qofol tal-hajja ta' Frangisku kien li ghex hajtu bl-istess mod ta' kif ghixha Kristu.

 

Fl-Evangelju, Kristu jghidilna li min jaghmel li jimxi warajh se jsib ma' wiccu l-iebes: xoghol, persekuzzjonijiet, mibeghda ecc. (ara Mt 10, 16-25). Ghax Frangisku kien "semmiegh mhux trux ta' l-Evangelju" kien jaf tajjeb b'dan kollu u gharaf jghixu mhux wahdu, imma flimkien ma' Kristu. Dan l-ghixien ta' Kristu fil-hajja tieghu wasslu sabiex jifrah anke b'dawk il-mumenti l-akbar iebsin tal-hajja tieghu: "... u b'lehen hieles ghajjat li minn xejn akbar ma kien jimpurtah: la mill-ktajjen u lanqas mis-swat, u ghall-isem ta' Ges hu kien lest li jsofri bil-ferh kull tbatija" (San Bonaventura. Legenda Maior II,3). Frangisku gharaf li l-akbar sigurt fil-hajja tal-bniedem huwa Alla biss u xejn ma jiswa' l-gid kollu tad-dinja hdejn li tikseb Lilu: "minn issa 'l quddiem nista' nghid b'sigurt akbar: Missierna li inti hs-smewwiet (Mt 6, 9) ghax fih qeghidt it-tezor kollu tieghi, u hallejt f'idejh it-tama tieghi kollha"' (LM II, 3).

 

Ahna wkoll bhal Frangisku rridu nkunu "semmiegha mhux torox" ta' l-Evangelju. Frangisku kien "igorr" mieghu l-Evangelju kull fejn kien imur. L-Evangelju mhuwiex biss ghal waqt il-quddiesa imma huwa wkoll ghal waqt ix-xoghol, fil-familja; mal-hbieb, ghall-iskejjel, ghall-universit, ghal waqt id-divertiment u l-mistrieh, ghas-safar, ghal waqt il-mard u t-tbatija u ghal kull cirkustanza tal-hajja. Jekk il-manwal tal-hajja taghna jkun l-Evangelju ahna nkunu tassew qed "nankraw ruhna fis-sod ghax is-sod taghna huwa Alla. Ladarba ankrajna ruhna fis-sod, xejn fil-hajja ma jcaqlaqna.

 

Bhal Frangisku nkunu xhieda ta' Kristu tul hajjitna kollha - bhalu nkunu miftuhin ghall-ohrajn specjalment ghall-morda u l-foqra, ma nibzghux mill-mahfra, ma nibzghux mill-imhabba lejn dawk li jippersegwitawna, ma niddejqux incedu postna lil min hu aghar minna, ma nisthux nghidu kelma ta' gid lil dawk li l-imgieba u l-kliem taghhom xejn ma jixirqu.

 

Il-messagg ta' Frangisku llum huwa biex ma nibzghux inkunu sinjal ta' kontradizzjoni. Frangisku tant kien jilqa' bil-qalb il-persekuzzjonijiet min-nies tad-dinja li wasal biex jghid li f'dan kollu wiehed isib "il-ferh perfett" (Fjuretti, Kap VIII).

 

Irridu nammettu li ghal San Frangisk dan kollu ma kienx facli: "...ma kienx jehda jitlob lill-Mulej, bi dmugh niezel wied minn ghajnejh, biex jehilsu Hu minn dawk li kienu qeghdin jehduha kontrih u fit-tjieba tieghu jwassal ghal tmiem tajjeb ix-xewqat qaddisa li Hu stess kien nissel fih." (LM II, 2).

 

Frangisku kien kapaci jghix dan kollu ghax kien maqghud ma' Alla permezz tat-talb: "Ghal dan ir-ragel kontemplattiv it-talb kien farag ... Ghal dan il-bniedem attiv it-talb kien ukoll harsien: ghax bit-talb bla waghen tieghu tghallem li f'kull ma jaghmel xejn ma jafda l-hila tieghu, imma fil-Mulej, u jhallih jaghmel Hu" (LM X, 1).

 

Hajjitna wkoll ghandha tkun imzewga b'mumenti ta' talb kemm personali kif ukoll fi gruppi jew ghaqdiet religjuzi. Ahjar il-ftit u tajjeb milli hafna 'igri u gerri'. L-esperjenza ta' Frangisku tghallimna li permezz tat-talb insiru nafu ahjar x'inhi r-rieda ta' Alla ghalina.

 

"Il-Fqajjar t'Assisi beda l-mixja spiritwali tieghu f'riglejn il-Kurcifiss fil-knisja ta' San Damjan, max-xaqliba tal-wied. Din il-mixja wasslitu sa fuq il-gholja ta' La Verna, u hemm lahaq il-quccata tal-perfezzjoni" (Dahla ghal-LM).

 

Jalla Frangisku jkun ta' ghajnuna ghalina f'din il-mixja taghna, mixja li tibda minn affarijiet u cirkustanzi zghar (f'riglejn il-kurcifiss ... max-xaqliba tal-wied), imma li twassal ghal affarijiet kbar (fuq il-gholja ta' La Verna ... il-quccata tal-perfezzjoni).

<<|werrej|>>


Dan l-artiklu deher fir-rivista Frangiskana, Dawl Frangiskan, Jannar 2002, 12.

Assisi 13.9.2003


San Frangisk jibqa' jissemma fl-istorja ghax kien kapaci jghix

fir-radikal dak li kull nisrani hu imsejjah

biex jghix -

l-Evangelju.