San Frangisk  - artikli  

 

<<|werrej|>>


San Frangisk u t-Trinità


 kitba ta' Patri Joe Buttigieg OFMCap


San Frangisk u t-Trinità

San Frangisk t’Assisi hallielna kitbiet spiritwali mill-isbah. Huma ftit. Fihom ma naqrawx l-gherf ta’ mohhu imma nistghu nhossu it-tahbit ta’ qalbu, ghax huma l-esperjenza tar-relazzjoni tieghu m’Alla fit-Trinità tieghu.

 

Dawn il-kitbiet huma Twissijiet, Ittri, Talb ta’ Tifhir, Regoli, etc. Huma minn dawn il-kitbiet li wiehed jista’ jislet il-fidi tal-fqajjar t’Assisi f’Alla fi Trinità Qaddisa. Fidi li kien jghix kuljum.

 

Fl-Ewwel Twissija tieghu, dwar il-Gisem tal-Mulej, jikteb: “l-Iben, billi hu daqs il-Missier, hadd ma jista’ jarah bhalma jarah il-Missier, u bhalma jarah l-Ispirtu s-Santu “ .

 

Fit-Tifhir lil Alla l-Gholi, li fih jaghti lil Alla ismijiet mill-isbah, jistqarr bla tlaqliq ta’ xejn il-fidi tieghu billi jghidlu: “Int Mulej, Alla wiehed fi tliet Persuni”.

 

L-Ittra lill-Ordni kollu, turina kif  san Frangisk kien isejjah lil Alla, “l-Aktar Gholi”, li “fit-Trinità perfetta u l-Unita qaddis tghix u ssaltan fil-glorja, Alla li tista’ kollox ghal dejjem ta’ dejjem. Amen”.

 

Fi Kliem ta’ hegga ghat-tifhir ‘l Alla, san Frangisk jinfexx jghid: “Tkun imbierka l-Imqaddsa Trinità u l-Ghaqda li ma tigi qatt mifruda”.

 

Il-Biljett moghti lil Fra Leone, iffirmat minn san Frangisk innifsu, il-qaddis ifahhar lil Alla u jghidlu: “Inti Tlieta u Wiehed”.

 

It-Tieni Ittra li kiteb lill-Insara tibda, “F’isem il-Mulej, il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Amen”.

 

Ghandu hafna iktar kliem li bih kien iheggeg biex in-nies tfahhar lil Alla bhalma: “Ibzghu u qimu, fahhru u bierku, roddu hajr u aduraw lill-Mulej Alla taghna li jista’ kollox fit-Trinità u l-Unita, Missier u Iben u Spirtu s-Santu, hallieq ta’ kollox”.

 

F’Talba ta’ radd il-hajr, f’Regola mhux Bullata, jizzi hajr lil Alla “li bir-rieda mqaddsa tieghek u bl-iben wahdieni tieghek flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu, hlaqt il-hlejjaq kollha, spiritwali u materjali, u lilna, mahluqin ghax-xbieha u s-sura tieghek”.

 

Lill-Vergni Mbierka Marija jaraha shiha fit-Trinità Qaddis: “Maghzula mill-Missier l-aktar qaddis tas-sema, u minnu ikkonsagrata, flimkien ma’ Ibnu l-Ghaziz u l-aktar Qaddis, u ma’ l-Ispirtu s-Santu, id-Difensur.

 

L-antifona li kien jitlob qabel u wara l-Ufficcju tal-Passjoni mfassal minnu, kien isellem lix-Xebba Marija u jghidilha: “qatt ma twieldet ohra bhalek fost in-nisa, bint u qaddej tas-Sultan l-Aktar Gholi u tal-Missier tas-Sema, Omm il-Mulej taghna, il-wisq qaddis Gesu Kristu, u gharusa ta’ l-Ispirtu s-Santu”.

 

Fl-ahharnett, san Frangisk jaghlaq it-Testment spiritwali tieghu  lill-patrijiet billi jghidilhom: “U kulmin ihares dan kollu ikun fis-sema mimli bil-barka tal-Missier l-Aktar Gholi, u fuq din l-art bil-barka ta’ Ibnu l-mahbub u ta’ l-Ispirtu s-Santu Paraklitu”.

 

Dawn huma ftit mill-hafna kliem li juri kemm san Frangisk kien bniedem Trinitàrju fl-esperjenza spiritwali tieghu.

<<|werrej|>>


Dan l-artiklu wasal minghand l-awtur permezz ta' email.

Valletta: 3.5.2005


 

Mill-kitbiet

ta' San Frangisk wiehed jista’ jislet il-fidi tal-fqajjar t’Assisi

f’Alla fi Trinità Qaddisa.

Fidi li kien jghix kuljum.