Kultura Frangiskana - letteratura

<<|werrej|>>


Dante Alighieri

Terzjarju Frangiskan

(1265-1321)



kitba ta' Fr Ludovico Calleja


Missier il-Letteratura Taljana

Tassew li s-seklu tlittax kien is-seklu tar-rinaxximent tant spiritwali kemm kulturali ta' l-Italja.

 

FI-1182, igifieri grib it-tmiem tas-seklu tnax twieled f'Assisi Dak li kellu jzomm wieqaf il-Lateran. Dan hu Frangisku t'Assisi li miet fl-1226, izda hu halla warajh ezercita kbir u qawwi biex ikompli fis-sekli kollha l-opra  mibdijja minnu.

 

Fl-1265 twieled dak li kellu jibni l-ilsien taljan u jiftah it-triq ghall-letteratura. Dan kien Dante Alighieri li miet fl-1321 u li baqa jissejjah "Missier il-Letteratura Taljana".

 

Imsahhar wara San Frangisk

Dante twieled f'dak iz-zmien li x-xnieha ta' qdusit Frangisku kienet imxerrda mad-dinja. Ma setghax ghalhekk dan il-kittieb famus ma jismax fuq San Frangisk. Imrobbi gewwa Firenze ghad-dell tal-Bazilka famusa ta' Santa Croce tal-Frangiskani Konventwali, fejn hemm beda l-istudji tieghu u ha l-ewwel taghlim. Meta kien jistudja l-ewwel tahrigiet tal-grammatka ghand il-Patrijiet Frangiskani  dawn bla l-ebda dubju kienu jirrakuntawlu l-istorja tal-Fqajjar t'Assisi, u din tant rikbet il-fantasija, tat-tfajjel Alighieri, li qatt ma nesiha izjed.

 

Meta kiber imbaghad u qara hu stess il-hajjiet tal-Qaddis miktubin mill-Beatu Tomaso da Celano u San Bonaventura, allura dawk l-istejjer ta' tfulitu hadu hajja gdida u msahhar fuq is-semplicit taghhom, specjalment, ir-rakkont taz-zwieg ma Madonna Povert, ried li jatihom il-hajja fil-versi tieghu.  Xtaq kemm il-darba iz-zaghzugh Dante li San Frangisk jerga' jirritorna fid-dinja, biex kif heles il-belt t'Arezzo mix-xjaten u bidel il-lupu ta' Gubbio f'haruf l-aktar mans, hekk isemma' mill-gdid il-'-messagg tieghu ta' Paci u jehles lill-Firenze mill-gwerer u glied intern li kien qed jifniha.

 

Minn San Frangisk Dante nissel l-isbah ideat ta' l-immortali Commedia Divina, fil-waqt li b'imhabba verament ta' iben mar ipingi lil dan "t-Tieni Kristu" bl-izjed kuluri hajjin. U l-kobor tal-Patrijarka Serafiku hu jarah mhux hiss fil-persuna tal-Qaddis, imma wkoll f'Uliedu. Skond ma jahsbu xi studjuzi - u mhux minghajr ragunijiet sodi - hu kellu f'mohhu Frangiskan, Iben il-Fqajjar t'Assisi, meta mar ipoggi fuq ilsien Vigarju l-ahbar tal-migja ta' Veltre, li "ma kellux jahkem u la art u lanqas ghana, izda gherf, imhabba u qdusija u li kellu jghaddi hajtu mleffef f'coqqa fqira".  Kif jidher wisq tajjeb dan il-"Princep" ordnat mill-"Providenza li tmexxi d-dinja" mhux ghajr segwaci l-izjed fidil ta' "Dak li nnamra u zzewweg ma Madonna Povert mhollijja armla fil-mewt ta' Kristu."

 

Qima lejn San Frangisk

Imma l-qima ta' Dante lejn San Frangisk fegg bhal dawl qawwi meta jigi biex jaghti l-elogju tieghu: "Tutto serafico in ardore", "Kollu serafiku f'imhabbtu". Din hi d-definizzjoni tal-Qaddis ta' qalbu, fil-waqt li l-belt li tatu t-twelid Dante isejhila "Orjent", - Ilvant gdid, minhabba id-dawl li Frangisku kellu jxerred mad-dinja. Dante f'San Frangisk kien ra xemx, li bid-dijja taghha kienet iddawwal l-imhuh u bis-shaha taghha kienet issahhan il-qlub u ghalhekk mar ipingieh xbieha tal-perfezzjoni li kull bniedem ghandu jkollu. Dante, l-ikbar fost il-poeti Taljani ma setax ma jsemmix u ma jiktibx fuq l-akbar fost il-Qaddisin Taljani.

 

Meta gie eziljat minn Firenze, Dante bis-sabar kollu frangiskan kien idur minn belt ghall-ohra jistenna li jum jew iehor jinfethu mill-gdid il-bibien ta' Firenze taht sema mzejjen bil-qawsalla tal-paci: imma ghalxejn; hu kellu jtemm hajtu f'Ravenna, fejn imhazzem bil-kurdun ta' San Frangisk miet ta' vera Terzjarju.

 

Ghalxejn Firenze, niedma ghat-telfa ta' iben hekk kbir talbet il-fdal tieghu, ghax hu ghadu sal-lum jistrieh f'Ravenna imhares mill-Patrijiet Frangiskani Minuri Konventwali, li fi ckunitu fil-kunvent ta' Santa Croce gewwa Firenze kienu sqewh l-ilma bnin ta' l-imhabba lejn il-Patrijarka Missierhom San Frangisk.


Ghal aktar taghrif dwar Dante Alighieri


zur dawn il-links:

Bl-Ingliz:

The World of Dante

CATHOLIC ENCYCLOPEDIA- Dante Alighieri

Dante Alighieri on the Web

ILTweb Digital Dante

Bit-Taljan:

Dante On Line

Opri ta' Dante bit-Taljan (vernakular)

Divina Commedia

Vita Nuova

The Convivio

Rime

Il Fiore

Detto d'Amore

Opri ta' Dante bil-Latin

De Vulgari Eloquentia

The Monarchia

The Epistles

The Eclogues

Quaestio de aqua et de terra

Jekk tixtieq jikkompja bla hlas xi wahda mill-opri ta' Dante jista' jmur Texts Download area.

Jekk tixtieq taqra xi siltiet mix-xoghol ta' Dante jista' jmur: Quotations page.

 

<<|werrej|>>


Dan l-artiklu deher f'Il-Habbr ta' Sant'Antnin, Ottubru 1953, 154.  Tajjeb nghidu li saru xi ritokki u aggjornamenti zghar lill-artiklu originali.

Assisi - 8.7.2003


 

 

Dante Alighieri

1265-1321

 

 

 

 

 

 

 

Dante Alighieri   kien midfun

fil-Knisja

ta' San Frangisk

f'Ravenna baqa jissejjah "Missier

il-Letteratura Taljana".