Kultura Frangiskana - letteratura

<<|werrej|>>


Karmenu Vassallo

F'Riglejn il-Madonna tas-Sahha

(1913-1987)



kitba ta' P Arthur Saliba OFMConv


Xbieha tal-Madonna tas-Sahha

fil-Knisja ta' San Frangisk tar-Rabat

 

Fil-Knisja ta' San Frangisk tar-Rabat hemm inkwadru tal-Madonna wisq megjuma mill-Maltin. Jiffigura lill-Madonna b'idejha ma' xulxin, migbura fis-skiet qieghda titlob. Din ix-xbieha mill-Maltin giet moghtija l-isem ta' Madonna tas-Sahha. Dan il-kwadru ghaziz kien inkoronat fl-4 ta' April 1948 b'digriet mill-Kapitlu tal-Vatikan. Il-kuruna tad-deheb tqieghdet fuq ras il-Madonna mill-Arcisqof ta' dak iz-zmien, Mons. Mikiel Gonzi waqt funzjoni solenni li saret fuq il-fosos tal-Furjana.

 

Hafna Maltin izuru dan is-Santwarju Marjan. Il-pellegrinaggi ma jaqtghu xejn. Matul is-sena gruppi ta' nies mill-parrocci ta' Malta jzuru s-Santwarju biex jitolbu quddiem il-Madonna tas-Sahha. Ohrajn biex jipprezentaw 'l uliedhom ckejknin fis-Santwarju. Il-Festa tal-Madonna tas-Sahha ssir fit-tielet Hadd ta' Ottubru u f'dawn 1-ahhar snin il-purcissjoni hadet xejra ta' pellegrinagg wisq devot.

 

Karmenu Vassallo f'riglejn il-Madonna

Il-Poeta Karmenu Vassallo kien devot kbir ta' dan is-Santwarju. Meta fl-ewwel xhur tas-sena 1940, Malta kienet mhedda bil-biza' ta' gwerra li kienet dejjem riesqa lejna, Karmenu Vassallo gie fil-knisja ta' San Frangisk tar-Rabat f'riglejn il-Madonna tas-Sahha u kiteb poezija helwa lill-Madonna.

 

Is-sunett "Lill-Madonna tas-Sahha" hareg bhal talba mill-pinna ta' 1-Awtur. Tassew Marija hija l-Omm tas-Sahha taghna. Karmenu Vassallo f'isem l-Insara Maltin u Ghawdxin, jitniehed b'xewqa kbira li jkun marbut ghal dejjem ma' Alla, filwaqt li jinseg kliem ta' tifhir u talb lill-Madonna - ghajnuna ta' l-Insara u ghajn tas-sahha taghna.

 

Sunett

LILL-MADONNA TAS-SAHHA

 

Int, li fil-milja ta' xbubitek Ommna

u Omm Min halqek sirt bir-rieda tieghu

isma', qalb it-tnehid, it-talb ta' fommna

u ghid 'l Ibnek Ges  jorbotna mieghu.

 

Hekk kif ahna mheddin bil-biza', dommna

f'hannieqa t'ahwa u thalliniex ninbieghu;

ieqaf maghna, harisna, qribek zommna;

u itlob 'l Ibnek izomm fuqna drieghu.

 

Ghaxqa tas-sema u l-art, tama ta' ruhna,

farag ta' l-imniktin. kewkba dawlija,

tina dak li ghalih xerridna dmughna.

 

Idhol ghalina Int: fittex ismaghha

din it-talba ta' wliedek, ja Marija,

ghajnuna ta' l-insara u ghajn tas-sahha.

 

Il-Poeta tan-Nirien

Karmenu Vassallo twieled is-Siggiewi fit-18 ta' Marzu 1913. Kien ghalliem tal-Malti fil-Liceo ta' Malta u fil-kulegg ta' San Alwigi. Ghal xi zmien kien gurnalist u editor tal-Pagna Letterarja tal-Berga. Kien rapprezentat tal-poplu fil-Kunsill tal-Gvern (1945-46), membru ta' l-Ghaqda tal-Kittieba tal-Malti (1937), scriptwrirer fid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni (1956-61) a School Broadcasting Officer (1961-68). Membru fil-Board tac-censura tal-films u t-teatru (1972-80). Fl-1972 kien moghti l-Medalja tad-deheb ghal-Letteratura Maltija. Miet fis-6 ta' April 187.

 

Karmenu Vassallo hu poeta Nisrani. Hu maghruf bhala l-Poeta tan-Nirien. Il-poezija tieghu tesprimi t-tbatija tal-bniedem fid-dinja tas-seklu ghoxrin. Fiha nsibu spiritwalit mill-iktar gholja u principji filosofici Nsara.

 

Guze Chetcuti jghid li Karmenu Vassallo kien bniedem b'qalb kbira u "nibqghu ghal dejjem nafuh b'ruh u qalb ghal kollox migbura fil-poezija li kiteb; il-poezija hija l-mera ta' hajtu, ix-xbieha ta' qalbu".

 

<<|werrej|>>


Dan l-artiklu deher f'Il-Habbr ta' Sant'Antnin, nru 2 - April 2001, 12-13. 

Assisi - 8.9.2003


 

 

Karmenu Vassallo

1913-1987