Kultura Franġiskana - storja

<<|werrej|>>


Papiet f'Assisi

bħala Pellegrini fuq il-Qabar ta’ San Franġisk


 tagħrif miġbur minn Fr Thomas Calleja OFMConv.


ĠIRĠOR IX

1228 - 26 ta’ Mejju - Ġie Assisi għal ftit jiem.

16 ta’ Lulju - Mill-ġdid f’Assisi għall-kanonizzazzjoni ta’ San Franġisk.

17 ta’ Lulju – Bierek l-ewwel ġebla tal-bażilka ddedikata lil San Franġisk.

1235 – 16 ta’ Settembru – Waqfa sal-5 ta’ Ottubru fil-palażż Ġregorjan mibni minnu stess fis-Sacro Convento.

 


INNOCENZ IV

1251 – 6 ta’ Novembru.  Waqt il-vjaġġ tieġħu lejn Ruma minn Lyon waqaf ġħal xi jiem Peruġia u minn hemm ġie fuq il-Qabar ta’ San Franġisk.

1253 – 26 ta’ April – Waqaf ġħal sitt xhur f'Assisi.

25 ta’ Mejju – Ikkonsaġra l-Bażilka ta’ San Franġisk.

12 ta’ Awissu – Assista ġħall-funeral ta’ Santa Klara fil-Knisja ta’ San Damiano.

17 ta’ Settembru – Ikkanoniżża lil San Stanislaw isqof u martri minn Kracovja.

1254 – 28 ta’ April – Wasal Assisi u qaġħad ix-xahar kollu ta’ Mejju fil-palażż papali fis-Sacro Convento.

 


KLEMENT IV

1265 – 14 ta’ Frar –  F’Peruġia ġie maġħżul biex imexxi l-Knisja bħala Papa.  Qabel l-inkurunażżjoni tieġħu żar il-qabar ta’ San Franġisk f’Assisi.

26 ta’ Awissu – Ġħat-tieni darba pelleġrin fuq il-qabar ta’ San Franġisk.

1 ta’ Settembru – f’Assisi biex jikkonsaġra l-Knisja ta’ Santa Klara.

1266 – 8 ta’ April – Mill-ġdid f’Assisi fuq il-qabar ta’ San Franġisk u ta’ Santa Klara.

 


INNOCENZ V

1276 – 17 ta’ Mejju – Pelleġrin fuq il-qabar ta’ San Franġisk.

 


MARTIN IV

1285 – 9 ta’ Marżu.  Żar il-qabar ta’ San Franġisk. Fit-testment ħalla miktub biex ikun midfun f’Assisi qrib San Franġisk, imma l-kleru u l-poplu ma wettqux ix-xewqa tal-Papa u difnuh fil-Katidral ta’ Peruġia.

 


BENEDITT XI

1304 – 18 ta’ Mejju – Ġie f’Assisi biex iżur il-qabar ta’ San Franġisk.

 


BONIFACJU IX

1392 – 25 ta’ Lulju – Kellu jaħrab minn Peruġia u nġabar fil-palażż papali fis-Sacro Convento.  Dam f’Assisi sa Settembru.

 


NIKOLŇ V

1449 – 15 ta’ Novembru -  Waqaf ġħal xi żmien fil-palażż papali fis-Sacro Convento. 

 


PIJU II

1459 – 19 ta’ Lulju – Żar is-santwarji ta’ Assisi.

1463 – 6 ta’ Frar – Mill-ġdid iżur Assisi.

1464 – 16 ta’ Lulju – Jasal mill-ġdid f’Assisi biex iżur il-qabar tal-Qaddis.

 


SISTU IV

1476 – 1 ta’ Awissu – Iżur il-qabar ta’ San Franġisk u  ħalla bħala rigal set ta’ lbies liturġiku.

23 ta’ Ottubru – Mill-ġdid f’Assisi.

 


ĠULJU II

1506 – 3 ta’ Settembru – Ġie Assisi fuq il-qabar ta’ san Franġisk meta kien ġħadu noviżż żaġħżuġħ Franġiskan.

 


KLEMENT VII

1532 – 23 ta’ Novembru – Żar il-qabar ta’ San Franġisk.

 


PAWLU III

1535 – 7 ta’ Settembru – Żar is-santwarji ta’ Assisi.

1540 – 21 ta’ Ġunju – Mill-ġdid Assisi biex iżur il-qabar ta’ San Franġisk u Santa Klara.

 


GIRGOR XVI

1841 – 5 ta’ Settembru - Żar is-santwarji ta’ Assisi.

 


PIJU IX

1857 – 7 ta’ Mejju – Waqaf u ġħadda il-lejl fis-Sacro Convento.

8 ta’ Mejju – Iċċelebra quddiesa fuq l-altar tal-Bażilka ta’ isfel.

 


ĠWANNI XXIII

1962 – 4 ta’ Ottubru – Ġie bħala pelleġrin f’Assisi ftit jiem qabel ma beda l-Konċilju Vatikan II biex jitlob l-interċessjoni ta’ San Franġisk.  Waqt id-diskors tieġħu fil-Bażilka l-Papa qal li l-Konċilju ser ikun iċċelebrat f’isem it-Trinitŕ Qaddisa u ġħall-unur tal-Verġni Marija, u ta’ San Ġużepp u ta’ San Franġisk...

 


ĠWANNI PAWLU II

1978 – 5 ta’ Novembru – Ftit wara li laħaq Papa ġie f’riġlejn San Franġisk.

1982 – 5 ta’ Marżu – Ġie bħala pelleġrin fuq il-qabar ta’ San Franġisk flimkien mall-Konferenża tal-Isfqijiet Taljani fl-okkażjoni tat-800 sena mit-twelid tal-Qaddis.

1986 – 27 ta’ Ottubru – mill-ġdid f’Assisi, din id-darba flimkien mal-kapijiet tar-reliġjonijiet biex jitlob ġħal Paċi fid-dinja.

1993 – 9 ta’ Jannar – F’Assisi flimkien mar-reliġjużi ta’ l-ex Juġoslavia biex jitlob ġħall-kawża tal-Paċi.

1998 – 3 ta’ Jannar – Għal ħames darba fuq il-qabar ta’ San Franġisk waqt iż-żjara tieġħu fil-postijiet milquta bit-terrimot tas-26 ta’ Settembru 1997.

2002 – 24 ta’ Jannar – Mill-ġdid fuq il-qabar ta’ San Franġisk flimkien mal-Kapijiet tar-reliġjonijiet biex jitlob ġħall-Paċi fid-dinja.

 


BENEDITTU XVI

2007 17 ta' Ġunju – Fl-okkażjoni tat-8 Ċentinarju mill-Konverżjoni ta' San Franġisk. Iċċelebra quddiesa fdl-Pjażża tal-Bażilka ta’ isfel.

2011 - 27 ta' Ottubru - Għall-Ġurnata ta' Riflessjoni, Djaloġu u Talb ġħal Paċi u l-Ġustiżżja fid-Dinja.

 


FRANĠISK

2013 – 4 ta’ Ottubru – Ġie bħala pelleġrin f’Assisi u biex jiċċelebra l-Festa ta' San Franġisk, Patrun tal-Italja. Għadda ġurnata mimlija. Żar l-Istituto Serafiċo fejn waqaf fit-tul mat-tfal b'diżabilita' multipla; żar id-Dar tal-Isqof fejn iż-żġħażauġħ Franġisk neża' ħwejjġu; sar il-Carċeri, San Rufino, santa Klara, San Damjan, Santa Marija tal-Anġli, Rivo Torto u ma jistax jonqos il-Qabar u ż-żewġ Bażilki tal-Qaddis u qaddes il-quddiesa fil-Pjażża tal-Bażilka t'isfel

<<|werrej|>>


tagħrif miġbur minn Fr Thomas Calleja -  u aġġjornat  29.11.2013


Ġwanni Pawlu II

fost

il-papiet kollha

fl-istorja

hu dak

li ngabar

f'Assisi

għal-sitt darbiet

bħala

pellegrin fuq

il-Qabar

ta' San Franġisk

 

 

z