Kultura Frangiskana - storja

|werrej|>>


Il-Beatu Nazju Falzon

ighin Zaghzugh

jaghraf is-Sejha Frangiskana


Storja ta' Vokazzjoni Frangiskana

kitba ta’ P. Arthur Joseph Saliba OFMConv.


Fil-Volum "Positio Super Virtutibus" li fih ingabru d­dokumenti kollha fuq il-hajja tal- Beatu Nazju Falzon biex beda l-process  tal-Kanonizzazzjoni, insibu fatt helu dwar vokazzjoni ta' Patri Frangiskan Konventwal.

 

Il-Beatu Nazju Falzon (1813-1865) li kien ta' hajja qaddisa, baqa' maghruf ghall-appastolat li kien jaghmel fost ir-regimenti Inglizi li kienu Malta. F'dak iz­zmien pajjizna kien kolonja Ingliza u ghalhekk il-portijiet Maltin kienu mimlija suldat u bahrin Inglizi: Fi zmien il-Gwerra tal-Krimea (1853-1856) hafna regimenti, kienu stazzjonati f’Malta. Fil-Port il-Kbir kont tara ankrati vapuri tal-flotta Inglizi, bid-duhhan hiereg mic-cmien sofor taghhom dejjem lesti biex isalpaw ghal xi destinazzjoni gdida.

 

Il-Beatu Nazju Falzon li kien imdawwar minn mijiet ta' suldati u bahrin Inglizi li ta' kuljum kienu jimlew it-toroq tal-Belt xtaq li jkun ta' gid ghalihom. Kellu bhal don specjali kif kien jithabbeb maghhom u kien jistidinhom ghal-lagghat tad-duttrina. Ghall-­ewwel kien jigborhom fid-dar tieghu fi Triq id-Dejga l-Belt.  Dawn kienu jkunu fil­maggoranza taghhom Kattolici Irlandizi. Maghhom kien ikun hemm ohrajn li kienu jithajru jitghammdu. Ohrajn kienu jmorru biex jifthu qalbhom mieghu. Mhux biss, izda hafna drabi kien isir jaf personalment il-familja taghhom, b'mod specjali ta' dawk li kienu stazzjonati f Malta u kien jiehu hsiebhom spiritwalment.

 

Il-familja Doyle ta' nazzjonalitŕ Irlandiza kienet ghadha kemm waslet Maltaminn Korfu u giet toghqod f’Tas-Sliema. Mill-ewwel saret midhla tal-Beatu Falzon u flimkien ma' wliedhom kienu jmorru l-Belt biex jghidhu r-ruzarju fil-lagghat li l-Beatu kien jaghmel fil-Knisja tal-Gizwiti.

 

Darba wiehed mit-tfal tal-Familja Doyle, li kien jismhu Frederick, kellem lill-Beatu Falzon biex jiehu parir dwar il-vokazzjoni religjuza tieghu. Hu xtaq isir Frangiskan. Nazju Falzon kien ilu jsegwi liz-­zaghzugh b'interess kbir. Jum fost l-ohrajn hadu fil-kunvent ta' San Frangisk fi Triq Irjali (illum Triq ir-Repubblika), il-Belt  Valletta. Hemm sab lill-Majjistru Patri Pawl Anton Sillato (1803-1877), Superjur tal-Frangiskani Konventwali ta' Malta, sacerdot bravu u ta' hajja qaddisa. Patri Sillato kien maghruf sew fost il-Kleru kollu ta' Malta, minhabba li f’dak iz-zmien kien id-Direttur Spiritwali tas­Seminarju ta' l-Isqof, fi Triq San Kalcidon, il-Furjana. Il-Beatu Nazju Falzon halla liz-zaghzugh f’idejh u Patri Sillato bi mhabba kbira laqa' lil Frederick Doyle fil-kunvent.

 

Kien is-sajf tas-sena 1853. Patri Sillato avvicina lill-genituri taz-zaghzugh, Patrick u Jane Doyle, u wara ftit taz-zmien it-tifel taghhom Frederick dahal mal-Patrijiet ta' San Frangisk ta' Putirjal il-Belt.

 

Frederick Doyle twieled Longford, fl-Irlanda, fl-4 ta' Frar 1641. Fit-30 ta' Dicembru 1853 libes l-abitu Frangiskan ghall-ewwel darba fil-knisja ta' San Frangisk il-Belt. Tawh l-isem ta' Fra Frederick Bonaventure. Ftit wara mar Sqallija u beda l-istudju tal-Letteratura fis-Seminarju tal-Frangiskani f’Messina. Imbaghad wara sentejn is-Superjuri baghtuh fil-Kunvent ta' Santi Appostoli f’Ruma fejn ghamel is-sena tan-Novizzjat. Fis-17 ta' Settembru 1857, festa tal-Pjagi ta' San Frangisk ghamel il-Professioni Solenni.

 

Fra Frederick Bonaventure kompla l-istudju tal­filosofija f’Recanati fil-Provincja tal-Marche fl-Italja. Kien zmien meta l-Ordni tal-Frangiskani Konventwali kien qieghed ifittex jiftah dar gdida fl-Istati Uniti ta' l-Amerika. Ghalhekk fis-sena 1858, Fra Frederick Bonaventure ntghazel biex imur l-Amerika ma' l-ewwel grupp ta' patrijiet. Kien ghadu student. Fl-Istati Uniti studja t-teologija u kien Ordnat Sacerdot.

 

Patri Frederick Bonaventure Doyle hadem fost l-emigranti Irlandizi fi New York. Fis-sena 1865 rega' lura fl-Italja u kien konfessur ghal-lingwa Ingliza fis-Santwarju ta' Loreto. U mbaghad fis-sena 1870 sar penitenzier appostoliku fil-Bazilka ta' San Pietru fil-Vatikan. Fis-sena 1876 ircieva l-Lawrja fit-Teologija.

 

Matul dan ii-zmien kien qieghed ihossu mugugh u marid hafna. Is-sahha baqghet dejjem tonqsu u ghalhekk fuq il-parir tat-tobba rega' lura lejn l­Amerika fil-25 ta' Ottubru 1878.

 

Patri Doyle waqt il-marda twila tieghu kien ta' ezempju ghal kulhadd. Il-bidu tal-vokazzjoni religjuza kienet ir-recita tar-ruzarju ta' kuljum fil­knisja tal-Gizwiti flimkien mas-suldati u sa l-ahhar nifs ta' hajtu baqa' devot tal-Madonna, kif ghallmu jaghmel dejjem il-Beatu Nazju Falzon.

 

Patri Frederick Bonaventure Doyle miet fil-Kunvent ta' St. Joseph, 702 Columbia Street, Utica, New York, fis-sena 1885.

|werrej|>>

 

 

Il-Beatu

Nazju Falzon

1813-1865