Kultura Frangiskana - tifkira storika

 

<<|werrej|>>


Tislima lill-Pellegrin

fid-dahal tal-Bazilka t'isfel

ta' San Frangisk ta' Assisi


Tislima

 

Malli l-Pellegrin jidhol fil-Bazilka Nferjuri ta' San Frangisk u jerfa rasu kemm kemm 'l fuq isib tilqghu tislima mpittra mal-ewwel hnejja li jsib fuq rasu.  Il-Pittura hija xoghol ta' Cesare Sermei (1581-1668) li saret bejn 1646 u 1647 turi lil San Frangisk jaghti merhba lil dawk li jzuru l-Bazilka  mdawwar b'ghadd ta' angli, li tnejn minnhom fit-truf qed izommu speci ta' purtiera li fuqha hemm it-tislima lill-pellegrin. Meta thares fuq  naha tal-xelluq tal-hnejja hemm il-Papa Sistu V u fuq in-naha l-ohra hemm il-Papa Pawlu V, z-zewg papiet huma qed jaghtu qima lil Qaddis ta' Assisi. Fil-fatt dil-pittura hija maghrufa bl-isem ta' "San Frangisk moghti qima minn Sistu V u Pawlu V".

 

Hasra li l-kitba tat-tislima hija miktuba bil-Latin, ghalhekk hafna mill-Pellegrini u dawk li jzuru dan it-Tempju qaddis ma jkunux jistghu jaqrawha jew jifhmuha.

 

 

X'tghid din it-Tislima?  Hawn it-traduzzjoni bil-Malti.

 

Waqqaf il-pass, ifrah, o Pellegrin:

gÓ qieghed fuq l-Gholja tal-Genna.

Hekku il-Bazilka Glorjuza

mibnija f'gieh San Frangisk ta' Assisi,

li sewwa l-Knisja ta' Kristu,

li kienet qed tiggarraf;

Hawn jistrieh il-gisem qaddis tieghu,

li b'don wahdieni ta' l-Imhabba Divina

mzejjen bil-Pjagi mqaddsa

tal-Mulej taghna Ges¨ Kristu.

 

Bl-ghajnuna ta' rejiet u mperaturi,

bl-opri tal-Papiet ta' Ruma,

f'dal-kapolavur wahdieni ta' Bazilka doppja

mbinja, mzejna, mharsa, konsagrata,

bil-binja li tghaxxaq tas-Sagru Kunvent

u dekorata bl-isem "Konventwali".

 

"Ras u Omm" ta' l-Ordni kollu tal-Minuri

u msejha l-gebla fundamentali

bis-setgha tal-bulli tal-papiet:

suggetta biss ghas-Santa Sede,

mibnija fuq il-proprjieta' taghha

tgawdi l-immunitÓ, moghtija l-helsien;

ghadd ta' indulgenzi, privileggi kbar

mat-tezori ta' l-ArcikonfraternitÓ tal-Cordigeri

mghonija b'relikwi ta' valur

u mill-patrijiet ta' l-istess Ordni

(Frati Minuri Konventwali)

imharsa ghal dejjem.

Hija, dejjem tghanni t-tifhir

u tifrah b'kantici sagri

bi hlewwiet spiritwali

hija tassew genna.

Idhol int'ukoll, ha tara hwejjeg tal-ghageb!

 

<<|werrej|>>


L-informazzjoni gie moghti minn Patri Adolfo Gonzßlez OFMConv minn Barcellona - Spanja.   Traduzzjoni ta' Fr Thomas Calleja OFMConv.

Assisi 31.7.2003


Dettal

mill-pittura ta' Cesare Sermei

li ssib kif tidhol

il-Bazilka t'isfel ta' San Frangisk