Devozzjoni Frangiskana - Il-Kurcifiss ta' S. Damjan

<<|werrej|>>


Il-Kurcifiss ta' San Damjan (1)

Deskrizzjoni ta' l-Ikona

u x-Xbieha Dominanti tal-Kurcifiss


Deskrizzjoni ta' l-Ikona


Ikona

Il-Kurcifiss ta' San Damjan hu ikona, mhux semplici pittura. X'differenza tghaddi? Il-kelma ikona gejja mill-grieg eikon, (xbieha vera) li biha huma msejhin ix-xbiehat qaddisa li huma venerati fl-Orjent kristjan, u li ghandhom rwol importanti fil-liturgija u fid-devozzjoni ta' l-insara.

 

Fis-sens strett tal-kelma, l-ikona hi xbieha li tigi mpittra fuq tila jew fuq l-injam, skond teknika partikulari li tohrog minn impenn spiritwali ta' kontemplazzjoni minn naha ta' l-ikonografu (min ipitter l-ikona). Mhux ta' b'xejn li l-aktar ikoni famuzi fl-Orjent kristjan kwazi dejjem saru fil-hitan tal-monasteri. Il-kelma ikona tista' tirreferi wkoll, b'mod wiesgha, ghal tipi ohrajn ta' rapprezentazzjonijiet sagri, bhalma huma affreski, muzajci, deheb, bronz, rakkmu li fihom jigu raffigurati misteri qaddisa u gheziez ghat-tradizzjoni ekklezjali orjentali: Kristu trijunfanti (Pantokrator), il-Vergni Marija bit-tfajjel Gesu fi hdanha (Theotokos), l-Arkangli, San Gwann Battista, "il-habib ta' l-gharus" (Prodomos), qaddisin orjentali bhal San Gorg, Santa Katerina ta' Lixandra, San Nikola, San Bazilju.

 

Ikona interessanti ghalina hi dik li tissejjah Epitafios, li tirrapprezenta d-depozizzjoni ta' Kristu fil-qabar, bil-gisem tal-Mulej imdawwar minn Marija, Gwanni l-Evangelista, in-nisa qaddisin, Guzeppi t'Arimatija u Nikodemu. Innota ix-xebh tal-Kurcifiss ta' San Damjan ma' dan it-tip ta' ikona, ghalkemm hawnhekk, kif sejrin naraw, ghandna lil Kristu haj, mhux mejjet. Il-Koncilju Ekumeniku ta' Nicea II (887), fakkar fit-taghlim ta' Missirijiet il-Knisja dwar l-ikoni, u l-aktar dwar it-taghlim ta' San Gwann Damaxxenu, li tant iddefenda l-venerazzjoni lejn l-ikoni kontra l-kurrent ta' l-ikonoklasti li riedu jeqirdu x-xbihat qaddisa. L-ikona, skond dan it-taghlim, fiha teologija, jew ahjar, titkellem dwar Alla ma min ihares lejha b'qima u fidi. L-ikona ssir sagrament, sinjal li jidher ta' misteru. Il-qofol ta' dan il-misteru li jigi rivelat fl-ikona hu l-inkarnazzjoni ta' l-Iben ta'Alla, li x-xbieha qaddisa tirrapprezenta episodji mill-hajja tieghu, jew mill-hajja ta' qaddisin li ntrabtu ma' Kristu b'mod specjali.

 

Ir-regola tad-deheb ta' l-ikona hi x-xebh perfett (identit) ta' l-ikona mal-persuna li tirrapprezenta, hekk li nistghu nsejhu l-ikona ritratt ta' qdusija. L-iskop ta' l-ikona hu li jdahhal lil min ihares lejha fis-sens ta' qima lejn il-misteru, imma wkoll li jghinu fl-imitazzjoni tal-persuna qaddisa raffigurata.

 

L-ikonografu jpitter l-ikona fi spirtu ta' talb u sawm. Ghandna l-ezempju ta' ikonografu qaddis Russu, Sant'Andreij Rublev, awtur famuz ta' l-ikona tat-Trinit. Fl-ikona kollox jitkellem, u hemm regoli ta' teknika, uzu ta' kuluri u atteggjamenti tax-xbihat qaddisa li jigu raffigurati. Fuq kollox l-ikona qatt ma ghandha l-iskop li zzejjen il-post qaddis, imma pjuttost hi oggett ta' qima fil-liturgija u t-talb privat ta' l-insara. Hawnhekk tinsab id-differenza radikali bejn ix-xbihat qaddisa fl-Orjent u l-arti sagra taghna l-Occidentali, li hafna drabi harisna aktar lejn l-aspett estetiku tar-raffigurazzjonijiet artistici tal-knejjes taghna milli lejn l-aspett liturgiku, kateketiku u devozzjonali li ghandu jkun il-bazi ta' kull raffigurazzjoni sagra.

 

Biex napprezzaw l-Ikona

Ikona ma ssirx biex inharsu lejha u nammiraw is-sbuhija u s-sengha ta' min ghamilha. Kull ikona trid twassal messagg, iggibna wicc-imb-wicc mal-misteru ta' Alla. Napprezzawha kemm-il darba naqrawha b'ghajnejn qalbna u nimmeditawha. Hija "ktieb" spiritwali. L-ikonografu li pinga dan il-Kurcifiss ha l-ispirazzjoni tieghu mill-Evangelju ta' San Gwann.

 


Ix-Xbieha Dominanti tal-Kurcifiss


Il-Bordura tas-Salib

Il-bordura hi maghmula minn kotra ta' arzelli. Ghan-nies tal-qedem l-arzella kienet simbolu tas-sbuhija u tal-eternit tal-genna. Ma' l-ewwel daqqa ta' ghajn nifhmu li l-ikona saret biex taghtina hjiel tal-misteru tal-genna. Ninnutaw li fit-tarf, isfelnett, ma hemmx arzelli. Hemm spazju miftuh u dan ifisser li kulhadd ghandu c-cans li jidhol. Hdejn din id-dahla hemm xi nies li mal-ewwel nintebhu li huma nies ta' fidi. Xi whud mix-xbihat thassru, ghax hafna devoti kienu jbusu u jmissu l-parti li setghu jilhqu. Ta' dawk li ghadhom jidhru naraw biss il-parti ta' fuq ta' gisimhom. B'din nifhmu r-ruh, u l-pittur b'hekk qed jghidilna li huma wkoll dig jinsabu fil-hena tal-genna.

 

Ix-Xbieha Dominanti

Fl-ikona tiddomina l-figura centrali ta' Ges Msallab. U dan mhux biss ghax hi kbira hafna, imma wkoll ghax minnha hiereg dawl li l-bjuda tieghu titferrex mal-personaggi l-olra kollha ta' maddwar. Ninnutaw li kollha, b'xi mod, qed iharsu lejn Gesu. Id-dawl donnu hiereg mill-istess persuna ta' Gesu fil-glorja. Ta' min jinnota l-kuntrast tal-kuluri, l-aktar l-iswed u l-ahmar.

 

Nosservaw ukoll li Gesu mhux muri mdendel, imma wieqaf mas-salib. Ghajnejh kbar, miftuha berah, u jidhru jharsu fuq id-dinja. Hawn ghandna xbieha ta' Kristu haj, figura ta' min rebah fuq il-passjoni u l-mewt. L-ikona turi 'l Gesu li jxandar lilu nnifsu bhala li hu "id-Dawl tad-dinja" u "jaghti l-hajja bil-kotra".

 

L-ikon turina 'l Gesu, il-Mulej tal-hajja, fil-maest kollha tieghu bhala l-Iben wahdieni tal-Missier, il-Haruf issagrifikat u mtella' fil-glorja. Gesu qal: "Meta nkun merfugh mill-art, jiena nigbed lil kulhadd ghal warajja" (Gw 12,32).

 

Il-Kuruna tal-Glorja

Ma narawx fuq ras Ges l-kuruna tax-xewk, imma l-awreola tal-glorja. Is-salib orjentali jishaq aktar fuq it-rebha milli fuq is-sofferenza. B'danakollu, il-misteri tat-tbatija ta' Kristu m'humiex minsija u lanqas mohbija. L-awreola qed tghidilna li s-sofferenza ta' Ges kellha valur u tifsira, u issa nbidlet fil-glorja. Mela, f'din l-immagini naraw u nikkontemplaw aktar lil Kristu fil-glorja milli fin-niket u t-tbatija tal-passjoni. Hu ghalhekk li l-personaggi kollha jidhru hienja u ferhana.

 

Fil-kuruna tal-glorja hemm is-salib mad-dawra taghha, izda jidher f'dija ta' dawl kbir. Dil-kuruna tigbor fil-qosor il-hajja ta' Ges: l-umiljazzjoni u l-ezaltazzjoni tieghu. "Hu, ghad li kellu n-natura ta' Alla ...cekken lilu nnifsu, billi obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib. Ghalhekk Alla ghollieh sas-smewwiet..." (Fil 2,6-11).

 

Hi kuruna ta' farag li taghti tifsira lis-sofferenza. Tfakkarna li kull kuruna tax-xewk tista' tinbidel f'wahda ta' glorja, ixxandar ir-rebha tal-hajja fuq il-mewt.

 

Il-Libsa ta' Ges

Naraw lil Gesu liebes ma' qaddu velu tal-ghazel bil-burdura tad-deheb. Hekk kien ikun il-velu li, fl-Antik Testment, bih kien jinsatar is-sacerdot fil-hin li fih ikun jaghmel l-offerta tieghu. B'dan l-ilbies l-awtur qed jghidilna li fuq is-salib Gesu qed jagdi l-missjoni ta' Sacerdot hu u joffri lilu nnifsu.

 

 

Ges Tempju tas-Santissima Trinit

Inharsu mill-qrib lejn sider Ges u naraw li hemm xbieha ta' ras ta' persuna. Din tirraprezenta lill-Missier u tfakkarna fi kliem Ges: "Kif inti fija, Missier, u jiena fik..." (Gw 17,2). Taht din il-figura tal-Missier hemm cirku. Ghan-nies tal-qedem hu simbolu ta' l-eternit. Fih nosservaw profil iehor, xi hadd ihares lejn ix-xellug ta' Ges. Dil-persuna tirraprezenta l-Kelma ta' Alla, eterna fin-natura taghha u tezisti sa minn dejjem: Ges ta' Nazaret. Fuq mohh Ges naraw ix-xbieha ta' hamiema, bil-gwienah miftuha, niezla 'l isfel. Hi figura ta' l-Ispirtu s-Santu. Hekk naraw jitwettqu kliem San Pawl: "Fi Kristu hemm tghammar il-milja shiha tad-divinit fil-gisem" (Kol 2,9).

 

Fuq il-kuruna ta' madwar ras Ges u fuq wiccu hemm velu rgiq, trasparenti. Id-dija leqqiena hija mtaffija b'dell li jasal sa fuq ghonq Ges. Bhalma fl-Antik Testment il-glorja tal-Mulej kienet mohbija bi shaba (Ez 24,16), hekk issa l-glorja hi mohbija bl-umanit ta' Ges, liebes gisem bhal taghna fil-misteru ta' l-inkarnazzjoni. Dan il-velu tnehha, ghall-hin qasir, waqt it-Trasfigurazzjoni fuq it-Tabor. F'dak il-mument dehret il-glorja tad-divinit ta' Ges fis-sbuhija kollha taghha.

 

Ghajnejn Ges

Ghajnejn Ges, kbar u miftuha, jixhdulna li hu haj, anzi hu l-Haj per eccellenza. Hu l-Ewwel u l-Ahhar (Apok 1,17), il-Princep tal-hajja (Atti 3,15), il-hajja nnifisha (Gw 14,6). Ges hu dak li dejjem "jara l-Missier". Lejh hi dejjem imdawra l-harsa tieghu. Iridna, flimkien mieghu, naraw lill-Missier: "Min jara lili, jara l-Missier" (Gw 14,9).

 

Il-harsa ta' Gesu hi fissa lejn is-sema u l-art. Bhala l-Qassis il-Kbir, hu l-Medjatur bejn il-Missier u bejna, il-mifdija b'Demmu. Il-harsa ta' ghajnejn Ges hi miksura u fl-istess hin serena, kalma. Harsa miksura ghax Ges kien jaf tajjeb kemm hi serja l-qaghda tieghu waqt il-krucifissjoni. Sab ruhu vittma ta' tpattija ghal dnubietna. Imma fl-istess hin, hi harsa serena ghax jaf li, minkejja kollox, il-bibien ta' l-infern qatt ma huma se jeghilbu l-Knisja tieghu (Mt 16,18). Bil-harsa hanina tieghu lejna, Ges jghasses fuqna, bhalma r-raghaj jindokra n-naghag tieghu. Lilna Ges jafna b'isimna.

 

Ghonq Ges

Bhal f'kull ikona, ghonq Ges hu ohxon u ta' sahha. Nhar il-Ghid, meta deher ghall-ewwel darba, nefah fuq l-appostli u qalilhom: "Hudu l-Ispirtu s-Santu..." (Gw 20,22). Dan il-gest ifakkarna fil-bidunett tal-grajja tal-holqien meta l-ewwel bniedem ircieva n-nifs ta' Alla nnifsu (Gen 2,7). In-nifs ta' Ges jfisser holqien gdid, qawmien veru mill-mewt (Ezek 37,9, Rum 16,17).

 

Id-dnub hu l-kancer kiefer li jgib il-mewt. Biex ifejjaqna minnu Ges jonfoh qawwi fuqna, membri tal-Knisja tieghu. "Id-dnubiet li intom tahfru jkunu mahfura..." (Gw 20,23). Dan ried jurina l-pittur bl-ghonq miftuh ta' Ges. Meta radd ruhu lura f'idejn il-Missier, Ges ta' lill-Knisja tieghu l-Ispirtu s-Santu ghall-mahfra tad-dnubiet.

 

Il-Pjagi Mdemma ta' Ges

Mill-hames pjagi naraw igelgel, bhal minn hames ghejun, id-Demm tal-Haruf ta' Alla, "id-Demm tal-Patt il-gdid u li jibqa' ghal dejjem". Fuq kull naha hemm Anglu, harstu ccassata fuq il-griehi ta' Ges. Taht kull id naraw Angli ohra, mistaghgba huma wkoll ghad-dehra tad-Demm imxerred ghall-fidwa taghna. Isaija habbar: "Bil-griehi tieghu ksibna l-fejgan" (Is 53,5). Niffissaw harsitna fuq il-pjagi mqaddsa u ma' San Pawl nghidu: "L-Iben ta' Alla habb lili u ta' lilu nnifsu ghalija" (Gal 2,20).

 

B'mod specjali niffissaw il-harsa ta' qalbna fuq il-pjaga tal-kustat ta' Ges, fin-naha tal-lemin. Niftakru fil-kliem tal-Profeta Ezekjiel li ra l-ilma hiereg min-naha tal-lemin tat-Tempju, figura tal-gisem ta' Kristu, it-tempju veru li fih jghammar Alla. Dak l-ilma ta' l-hajja kull fejn ghadda. Fl-art imsoqqija kibru sigar li l-weraq taghhom kien duwa li tfejjaq (Ezek 47,12). Kemm aktar ifejjaq spiritwalment l-ilma li hareg, flimkien mad-demm, mill-Qalb minfuda ta' Ges. Jikteb San Bonaventura: Tabilhaqq, il-qawwa li gelglet mill-mohba tal-Qalb tat lis-Sagramenti tal-Knisja s-setgha li jaghtu l-grazzja u, ghal dawk li dig qed jghixu fi Kristu, xarba "mill-ghajn ta' l-ilma li jwassal sal-hajja ta' dejjem" (Gw 4,14).

 

Frangisku fehem il-qawwa ta' dawn il-feriti qaddisa u jitlob lil Alla li huwa wkoll b'xi mod jiehu sehem:

O Mulej tieghi Ges Kristu, nitolbok taghtini zewg grazzji qabel ma mmut; l-ewwel, li matul hajti nhoss f'ruhi u gismi, kemm hu possibli, dawk it-tbatijiet li int, o helu Ges, garrabt fis-siegha tal-passjoni l-aktar harxa tieghek. It-tieni li jiena nhoss f'qalbi kemm hu possibli, dik l-imhabba ta' l-ghageb li int, o Iben ta' Alla, kellek tkebbes f'qalbek biex minn rajk issofri passjoni hekk kbira ghalina midinbin. (Fjuretti, Dwar il-pjagi mqaddsa).

Din it-talba ta' Frangisku saret realt meta f'Settembru 1224 fuq il-gholja La Verna, ircieva fil-gisem tieghu l-pjagi tal-Mulej. Dwar din il-grajja San Bonaventura jikteb: Il-vera mhabba ta' Kristu biddlet lill-mahbub fl-istess xbieha. (S. Bonaventura, Leggenda Maior, XIII)

<<|werrej|>>


Mehud minn: Marc Picard OFMCap, The Icon Of the Christ of San Damiano, Casa Editrice Francescana, Assisi, 1989,  hawnhekk qed tidher traduzzjoni ghal malti minn Patri Guzepp B. Xuereb ofm, Mur Frangisku sewwi d-dar Tieghi, Spjega tas-salib Bizanti li kellem lil San Frangisk t'Assisi,  Edizzjoni TAU, Malta 2001.

Assisi - 7.4.2003 


Il-Kurcifiss

ta'

San Damjan

 

Talba

O Alla,

l-aktar Gholi u Glorjuz,

dawwal

id-dlamijiet ta qalbi.

U sawwab

fija

fidi vera,

tama certa

u mhabba perfetta.

Aghtini,

Mulej ghaqal u gherf

biex nwettaq tassew

ir-rieda mqaddsa tieghek.

 

Din it-talba quddiem

il-Kurcifiss

hija wahda

mit-talbiet

tal-bidu

li Frangisku zaghzugh kien jghid quddiem

ix-xbieha ta' Kristu imsallab fl-Knisja

ta'

San Damiano

fil-bidu

tal-konverzjoni

tieghu