Devozzjoni Frangiskana - Il-Kurcifiss ta' S. Damjan
 

<<|werrej|>>


Il-Kurcifiss ta' San Damjan (2)

ll-Parti Centrali tal-Kurcifiss


Il-Parti Centrali tal-Kurcifiss


Il-Personaggi taht Dirghajn Ges

Biex inkunu nafu sewwa min huma, l-pittur kiteb l-isem taht kull wiehed mill-personaggi. Mix-xellug ghal-lemin: Marija, Omm Ges, Gwanni l-Evangelista, Marija, omm Gakbu, u c-Centurjun. Huma hafna qrib Ges, biex hekk issehh it-talba tieghu: "Missier, irrid li dawk li tajtni jkunu fejn inkun jien, biex jaraw il-glorja tieghi, il-glorja li tajtni Int, ghaliex habbejtni sa minn qabel il-holqien tad-dinja" (Gw 17,24). Il-figuri huma kollha dawl, ghax huma "ulied id-dawl" (Gw 12,23). Huma kollha ta' daqs wiehed. Dan ifisser li, aktar mill-qdusija personali ta' kull wiehed u wahda minna, hu importanti li "Kristu jkun kollox f'kulhadd" (Kol 3,11).

 

Harsa hafifa ggieghelna ninnutaw li dawn il-persuni jixtiebhu. Ghajnejn kbar, fomm ckejken u wicc ovali. Karatteristici li jixbhu l-harsa ta' wicc Ges. Fi kliem San Pawl, Alla lilna "ippredestinana biex niehdu s-sura fuq ix-xbieha ta' Ibnu" (Rum 8,29).

 

Marija, Omm Ges

Marija hija l-ewwel wahda n-naha tal-lemin ta' Kristu msallab. Fil-lvant, dan hu l-post ta' l-unur (Salm 45,10). Marija hi x-xebba li "sabet grazzja quddiem Alla" (Lq 1,30), Eva l-gdida, Omm l-Iben ta' Alla maghmul bniedem. Ges tahielna b'ommna. Wicc Marija hu mdawwar, b'harsa tenera, lejn Gwanni. F'qalbha qed tisma' jidwi kliem Binha: "Mara, ara, dan hu ibnek" (Gw 19,26). Fi Gwanni tara u tikkontempla 'l Binha Ges u l-misteru tieghu li jghix f'kull wiehed u wahda mill-membri tal-Gisem Mistiku, il-Knisja, fina lkoll.

 

L-ammirazzjoni ta' Marija tidher fil-gest ta' idha x-xellugija, merfugha lejn wiccha, l-istess kif qed taghmel Marija Maddalena. Imma hadd minnhom m'hu jghatti wiccu. Dan il-gest juri tenerezza li qajla titfisser bil-kliem. Fuq fomm it-tnejn naraw li hemm tbissima helwa. Il-harsa helwa ta' Marija hi mitfugha fuqna lkoll, ghax ahna lkoll uliedha. Din it-tbissima qed tfakkarna fi kliem l-anglu: "Ifrah; Marija, ghax int sibt grazzja quddiem Alla" (Lq 1,28). Hija wkoll prova li t-thabbira taghha ssehh: "Kull nisel isejjahli hienja" (Lq 1,48).

 

B'idha l-leminija Marija turi 'l Ges. Dan hu sinjal li ma' Gwanni qed titkellem fuqu u li Hu jimlielhom hajjithom. Flimkien itennulna: "Aghmlu dak li jghidilkom Hu" (Gw 2,5). Ninnutaw ukoll li wicc Ges u wicc Marija jixtiebhu. Xejn anqas min-nisa kollha li jissemmew fil-kotba tal-Patt il-Qadim, Marija tirrifletti s-sbuhija ta' Alla nnifsu.

 

L-Ilbies ta' Marija

Fil-Bibbja l-ilbies hu importanti ghax juri min hi tabilhaqq il-persuna li ggibu. L-ikona tinqeda bil-kuluri ta' l-ilbies biex turi s-sejha divina tal-persuna. Marija hi liebsa mantell twil abjad li jostor il-persuna taghha. Dan il-mantell irid iwasslilna tliet messaggi. L-ewwel, il-vittorja tal-fedelt ghall-Vangelu. "Ir-rebbieh ghad ixidd fuqu lbies abjad" (Apok 3,5). Lil Marija jixirqilha wkoll dan l-ilbies ghax sahqet ras is-serpent (Gen 3,15). It-tieni, l-ilbies abjad jindika l-purifikazzjoni li gabilna Ges (Apok 7,14). Bix-xieraq li tkun liebsa l-abjad, Dik li tnisslet minghajr tebgha ta' dnub. It-tielet, il-libsa bajda hi wkoll sinjal tal-hlas ta' l-ghemejjel tajba li Alla jaghti fill-qaddisin biex iwettqu (Apok 19,7).

 

Marija emmnet il-kelma li ntqalitilha min-naha tal-Mulej, u l-Iben ta' Alla, il-Kelma hajja, sar Bniedem fi hdanha. Hi tabilhaqq Omm il-hajjin kollha ghax tatna lil Ges, l-Awtur tal-hajja.

 

Il-mantell hu miksi b'kotra ta' hagar prezzjuz. Il-gawhar u l-hagar prezzjuz fil-Bibbja huma simbolu tad-doni ta' l-Ispirtu s-Santu (Is 61,20. Ezek 28,13). Juru l-favuri divini li rceviet bil-kotra Marija. "Sliem ghalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej mieghek" (Lq 1,28). Hekk dehret, u hi tabilhagq, Marija f'ghajnejn Alla, u dan jghiduhulna r-ringieli ta' gawhar li jsebbhulha lbiesha.

 

Taht il-mantell, Marija hi liebsa lbies ahmar, il-kulur ta' l-imhabba. L-ahmar skur juri l-imhabba qawwija, intensa. Lil Marija jixirqilha dan il-kulur. Qalbha giet minfuda bis-sejf tad-dulur, kif kien habbrilha Xmun (Lq 1,35). Id-duluri ta' Marija lahqu l-milja taghhom fuq il-kalvarju, hdejn is-salib.

 

Marija hi liebsa wkoll tunika vjola. Dan ifakkarna li Marija hi l-Arka tal-Patt li fi hdanha garret il-Kelma-Bniedem. Nafu li minn gewwa, l-Arka kienet miksija bl-ghazel vjola skur (Ez 26,1-4). Fiha kien hemm ukoll it-twavel tal-Ligi, kliem il-Mulej (Dewt 10, 1-5). Marija, l-Arka tar-Rabta l-Gdida, tghinna nilqghu b'qalb semplici u nadifa kliem il-Mulej, u bhalha u maghha ntennu: "Ikun minni skond kelmtek" (Lq 1,38).

 

Gwanni

Gwanni, "id-dixxiplu li Gesu kien ihobb" (Gw 13,23), hu qrib Ges, bhalma kien fl-ahhar cena. Qed jiehu l-post ta' l-imhabba, bejn Marija u Ges, taht il-pjaga tal-Qalb minfuda. Gwanni hu rrapprezentant taghna lkoll li nemmnu f'Ges.

 

Ras Gwanni hi mmejla lejn Marija, l-Omm spiritwali tieghu u taghna lkoll. L-imgieba tieghu hi bhal dik ta' tarbija li taf li hi mahbuba u tilqa' bil-qalb dik l-imhabba. B'idu l-leminija, bhal Marija, qed juri 'l Ges, f'att ta' qima u bi hlewwa kbira.

 

Gwanni ghandu fuqu mantell kulur roza, tradizzjonalment il-kulur li jissimbolegga l-gherf etern. Hu kien wiehed minn ta' l-ewwel li fittxew lil Ges, marru u qaghdu mieghu (Gw 1,38). Sab darba ghal dejjem lil Ges, il-Gherf inkarnat. Lilu wkoll Ges habbu ghall-ahhar u sa l-ahhar (Gw. 13,1). Hu liebes ukoll libsa bajda, simbolu tar-rebha li kiseb fuq il-gisem. Ghex hajja vergni sa tmiem hajtu. Ircieva l-gherf u kien mimli bl-Ispirtu s-Santu.

 

Marija Maddalena

Fuq ix-xellug, qrib hafna ta' Ges, naraw lil Marija Maddalena. F'ilbiesha jispikka wkoll il-kulur ahmar, simbolu ta' l-imhabba. Ghaliha Ges kien qal: "habbet hafna" (Lq 7,47). Rasha tmiss ma' ras omm Gakbu, Marija, u jidhru mhux semplicement qed jitkellmu, imma jaqsmu flimkien xi sigriet. Idha qeghda qrib fommha, gest li jesprimi l-istess staghgib u ammirazzjoni, bhal Marija, Omm Ges. Is-sigriet li qed taqsam ma' sehbitha hu tabilaqq inkredibbli: Ara, jien kont midimba kbira, u issa qeghda hawn, wieqfa hdejn Gesu, il-feddej u s-salvatur tieghi.

 

F'Marija Maddalena, jilmaw bis-shih il-qawwa u l-imhabba ta' Ges. Kienet ilsira u vittma ta' l-ghadu kiefer, imma issa qeghda qrib Dak li rebhu, taqsam mieghu fil-glorja. Kienet wahda min-nisa twajba li kienu jakkompanjaw lil Ges fil-vjaggi tieghu, u kellha l-kuragg tkun mieghu anke fuq il-kalvarju. Il-Mulej ghazilha biex tkun hi l-ewwel wahda li xxandar lill-appostli l-qawmien tieghu: "Rajt il-Mulej" (Gw 20,18). Kienet fic-cenaklu ma' Marija, Omm Ges, u rceviet l-Ispirtu s-Santu (Atti 1,14). Issa Hu ha l-post ghal dejjem li Babel kien okkupat mill-ispirti hziena li kienu jippossjeduha.

 

Marija, Omm Gakbu

Skond San Mattew, din Marija kienet omm Gakbu, il-kugin ta' Ges (Mt 27,56.13,55). San Gwann jghidilna li kienet taht is-salib ma' Marija, Omm Ges (Gw 19,25). Bla dubju ta' xejn kienet wahda minn dawk in-nisa twajba li kienu jaghtu daqqa t'id lill-appostli u tissieheb maghhom ukoll fit-talb (Atti 1,14). Hija wkoll irceviet il-Maghmudija ta' l-Ispirtu s-Santu (Atti 1,5).

 

Ghad li xi whud mill-qraba ta' Ges "skond il-gisem", ma emmnux fih, din Marija baqghet fidila lejh sal-Kalvarju. Hija tirraprezenta l-kotra ta' dawk li, umli u jemmnu fi Kristu, ma jissemmewx fil-kotba ta' l-istorja. Izda l-Mulej, f'jum il-haqq, se jaghtihom il-kuruna tal-glorja.

 

Il-libsa ta' fuqha hi lewn il-hamrija, il-kulur li juri l-umilt taghha. It-tunika hi ta' lewn ahdar, simbolu tat-tama li biha kienet mimlija qalbha, anke meta garrbet niket kbir hija u tara 'l Ges jsofri l-passjoni. Fl-ikona tidher bhal wahda li, b'attenzjoni kbira, qed tisma' dak li qed tafda maghha Marija Maddalena. Il-gest ta' idejhom juri l-ammirazzjoni taghhom it-tnejn lejn Ges.

 

Ic-Centurjun

Ic-Centurjun nidentifikawh ma' dak li Ges fejjaqlu lil ibnu mill-boghod, ghax "emmen fil-kelma li qallu Ges" (Gw 4,46-47). Warajh jidher wicc it-tifel u wkoll il-quccata tar-ras ta' tliet persuni ohra. Dawn jirrapprezentaw il-membri kollha tal-familja li, flimkien mal-missier, haddnu l-fidi f'Ges (Gw 4,53). Il-fidi tac-Centurjun turi ruhha b'zewg modi. Harstu hija ffissata fuq Ges u t-tliet swaba ta' idu l-leminija huma simbolu tal-fidi fit-Trinit. Iz-zewgt iswaba maghluga juru t-twemmin fil-ghaqda taz-zewg naturi fil-persuna ta' Kristu. Hdejn is-salib, ic-Centurjun qed jirrapprezenta l-kotra ta' dawk il-bnedmin, "minn kull poplu u gens" (Apok 7,9), li hadd hlief Alla ma jaf il-fidi taghhom.

 

Il-qaghda gravi ta' ibnu kienet ghalih prova iebsa, imma fl-istess hin soviet biex familja shiha haddnet il-fidi f'Alla ta' Ges Kristu. Naraw li f'idu x-xellugija ghandu njama li tfakkar fis-sinagoga li bena f'Kafarnahum ghall-komunita Lhudija (Lq 7,5). Ges jxebbah 'il dak li "jisma' kliemu u jaghmlu", ma' ragel ghaqli li jibni daru fuq il-blat (Mt 7,24-25). Il-Vangelu juri c-Centurjun bhala ragel li, b'generozit, qieghed fil-prattika kliem Ges.

 

Il-Karattri z-Zghar

Mhux facli li tghid min huma l-personaggi li hemm hdejn Marija u hdejn ic-Centurjun. Dak tax-xellug hu liebes uniformi tixbah 'il dik tac-Centurjun u dan igieghelna nahsbu li hu suldat ruman. Tal-lemin ghandu rkobtu merfugha, idu x-xellugija fuq qaddu u harstu ffissata fuq Ges. It-tnejn li huma ghandhom l-istess qaghda u l-istess rwol. It-tnejn, wiehed ruman u l-iehor lhudi, jirrapprezentaw lil dawk li kienu nkarigati mill-esekuzzjoni tal-kundanna ghall-mewt ta' Ges. Lhud u pagani kienu l-htija tal-mewt ta' Ges. Huma mpingija fic-cokon u b'dan il-pittur qed jghidilna li rwol personali taghhom kien zghir. F'ghajnejn il-bnedmin kienu huma li qatlu 'l Ges, imma fir-realt s-Salvatur taghna ta hajtu minn rajh. Dan ghamlu biex jurina sa fejn tasal l-imhabba tieghu ghalina (Gw 10,18).

 

Lil Ges l-bnedmin haqruh, sallbuh u tawh il-mewt kiefra tal-krucifissjoni. Fil-fatt, izda, huma gglorifikawh. Tajjeb niftakru f'dan meta jkollna ngarrbu xi persekuzzjoni f'hajjitna!

 

X'bidla u x'miraklu kbir! Dawk l-istess nies li sallbu 'l Ges, issa qed iharsu lejh b'harsa ta' fidi u ta' tama fih. "Ghad iharsu lejn min nifdu" (Gw 19,37). Gharfu min kien tabilhaqq huma u jaghtuh il-mewt. Tabilhaqq! Hi tassew kbira r-rebha ta' l-imhabba!

 

Is-Serduq

Mhux dak li fakkar lil Pietru fid-dnub tac-cahda! L-ikona qed turi 'l Kristu fil-glorja. Iz-zmien tac-cahdiet ghadna u mar. Fl-antik is-serduq kien is-simbolu tax-xemx li qorbot biex titla'. Ghalina, ix-xemx li ddawwal id-dinja hu Ges. San Pietru jikteb: "Taghmlu sewwa jekk toqoghdu attenti ghaliha. Hi bhal fanal jaghti d-dawl f'post mudlam, sa ma jibda jbexbex il-jum" (2 Pt 1,19).

 

Is-serduq qed ihabbar li Ges hu d-dawl veru, illum u dejjem, li jdawwal id-dinja. Is-shab jista' jdallam xi ftit id-dawl tax-xemx, imma qatt jitfih. Is-shab jisfa' fix-xejn bil-qawwa tax-Xemx. Kemm il darba nibqghu mixjin fid-dawl ta' Ges li qam mill-imwiet, ma naqghux fit-tfixkil u lanqas ma nithabblu fix-xibka li thejjilna d-dinja tallum. U Ges jridna li, bhalu, "inkunu d-dawl tad-dinja" (Mt 5,16), biex il-bnedmin "jaraw l-ghemejjel tajba taghna u jfahhru l-Missier taghna tas-sema".

<<|werrej|>>


Mehud minn: Marc Picard OFMCap, The Icon Of the Christ of San Damiano, Casa Editrice Francescana, Assisi, 1989,  hawnhekk qed tidher traduzzjoni ghal malti minn Patri Guzepp B. Xuereb ofm, Mur Frangisku sewwi d-dar Tieghi, Spjega tas-salib Bizanti li kellem lil San Frangisk t'Assisi,  Edizzjoni TAU, Malta 2001.

Assisi - 7.4.2003


Il-Kurcifiss

ta'

San Damjan