Devozzjoni Frangiskana - Statwi

 

 

<<|werrej|>>


Statwi u Monumenti ta San Frangisk

barra minn Malta - 1 parti


migbura minn Patri Martin Micallef OFMCap.


Statwi San Frangisk f'kuntatt ma' l-annimali


Assisi - Santa Marija ta' l-Angli

 L-ewwel monument li qed nipprezentaw huwa dak li nsibu fil-kunvent tal-Bazilka ta' Santa Maria degli Angeli, li jinsab barra l-hitan tal-belt ta' Assisi. Il-monument tal-bronz maghruf bhala San Francesco e la pecorella. Dan huwa xoghol ta' Vincenzo Rosignoli li sar fl-1916. L-istatwa jinsab elevat mill-art fuq pedestal tal-gebel li fih hemm erba' basso rifievi li juru episodji differenti mill-hajja tal-Qaddis ta' Assisi. L-istatwa turi lil San Frangisk ma' naghga biex jitfakkar l-episodju mill-hajja tieghu meta: "Darba, qrib Santa Marija tal-Porzjunkola, lill-qaddis offrewlu naghga, u hu laqaghha bil-ferh minhabba s-semplicit u l-innocenza taghha. Huwa wissa lin-naghga li kellha tfahhar 'l Alla u biex ma tfixkilx lill-patrijiet waqt it-talb. In-naghga kienet thares dejjem dak li ordnalha l-bniedem ta` Alla, donnha kienet taf it-tjubija tieghu. U meta kienet tisma' lill-patrijiet ikantaw fil-kor, kienet tigri hi wkoll fil-knisja u, minghajr hadd ma ghallimna, kienet tinzel gharkubbtejha quddiem l-artal tal-Vergni, bhal qisha biex isellmilha." (San Bonaventura, Hajja ta' San Frangisk, kap 8)

 


Brescia - Cenacolo Francescano

It-tieni statwa bhal dik ta' qabilha turi mill-gdid lill-fqajjar ta' Assisi f'gest ta' hbiberija u tenerezza man-naghga. L-istatwa li tfakkar l-episodju li ghadna kemm tkellimna dwaru, tinsab fic-Cenacolo Francescano "Maria Assunta" fi Brescia, n-naha ta' fuq ta' l-Italja.

 

 

 


 

Assisi - Eremo delle Carceri

It-tielet statwa li qed nipprezentaw tinsab fl-Eremo delle Carceri gewwa Assisi. L-istatwa hija skultura ta' Vincenzo Rosignoli u turi l-episodju tat-tfajjel mill-belt ta' Siena li waqt li kien qed jiehu xi hamiem go nassa lejn is-suq, jiltaqa' ma' San Frangisk, u dan talab lit-tfajjel biex jaghtihomlu halli ma jaqghux f'idejn nies kattivi li mbaghad joqtluhom. It-tfajjel hekk ghamel u San Frangisk hadhom u ghamlilhom post ta' kenn fejn baqghu jitkattru fin-numru. Il-qaddis qal lit-tfajjel li xi darba hu ghd isir Patri fl-Ordni tieghu. U hekk gara tassew! (Fjuretti 22)

 <<|werrej|>>


Din l-informazzjoni migbura minn Patri Martin Micallef OFMCap u dehret fir-rivista Dawl Frangiskan, Lehen il-Kapuccini Maltin, 20 sena, ghadd 206, Jannar 2001, 14.15.

Valletta: 12.2.2004


F'din

il-pagna ser naghtu harsa lejn

l-istatwi ta' San Frangisk

barra minn Malta