Devozzjoni Frangiskana

 

 

<<|werrej|>>


Stabat Mater

Kitba tal-Franġiskan Jacopone minn Todi


 taghrif migbur minn Fr Thomas Calleja ofmconv.


Innu f’ġieħ Marija Imnikkta

Wieħed mill-isbaħ innijiet f’ġieħ Marija li għexet qrib Binha u qasmet miegħu t-tbatijiet tiegħu huwa bla dubju l-innu "Stabat Mater". Dan l- innu huwa talba, li tikkontempla n-niket tal-Verġni Marija hekk kif kienet wieqfa taħt is-Salib ta’ Binha.

 

L-innu Stabat Mater inkiteb fiż-Żminijiet tan-Nofs u ħa ismu mill-ewwel żewġ ta’ l-ewwel strofa. Lejn it-tmiem tas-seklu erbatax dan l-innu kien diġà sar magħruf ma’ l-Ewropa kollha. Fis-seklu ta’ wara l-innu sab postu f’ħafna kotba liturġiċi ta’ ħafna djoċesijiet kemm fl-Italja u kemm fil-pajjiżi ta’ l-Ewropa. Infatti l-innu daħal fil-Missal Ruman u fil-Brevjar fl-1727 bħala  sekwenza għall-festa tas-Seba’ Duluri tal-Verġni Mbierka Marija. Din il-festa kienet tkun iċċelebrata nhar il-Ġimgha ta’ qabel il-Ġimgha l-Kbira, kif għadha d-devozzjoni fostna l-Maltin sallum.  Wara t-tiġdid liturġiku li sar mill-Papa Piju XII dan l-innu sab postu fil-Liturġija ta’ nhar il-festa tal-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri li l-Knisja kollha tiċċelebra kull sena nhar il-15 ta’ Settembru. Dan l-innu, barra li jinqara bħala sekwenza waqt il-Quddiesa, jintuża wkoll fi tliet taqsimiet bħala l-innu ta’ l-Uffiċċju tal-Qari, tat-Talb ta’ Sbiħ il-Jum u tal-Għasar fl-uffiċċju ta’ l-istess festa. L-innu Stabat Mater jintuża wkoll bħala kant bejn l-istazzjonijiet tal-Vija Sagra, li ssir f’ħafna knejjes matul il-ġimghat tar-Randan.

 

Jacopone minn Todi

Ħafna studjużi jżommu li l-innu Stabat Mater ħareġ mill-pinna tal-Franġiskan Jacopone minn Todi (1228?-1306). Jacopone mill-belt ta’ Todi fl-Umbria wara l-mewt bikrija tal-mara twajba li kellu, ħalla l-professjoni tiegħu ta’ avukat biex iħaddan it-Tielet Ordni Franġiskan, dak magħruf bħala tat-Terzjarji u beda jgħix ħajja ta’ faqar għal aktar minn għaxar snin. Aktar tard issieħeb fl-Ewwel Ordni bħala Patri Franġiskan. Jacopone kiteb għadd ta’ innijiet bi djalett Taljan li kienu popolari u kantati ħafna min-nies ta’ żmienu.

 

Hemm minn jgħid li ma nistgħux inkunu nafu bl-eżatt min kiteb dan l-innu lill-Omm Imnikkta. Barra minn Jacopone hemm għadd ta’ oħrajn li jissemmew bħala possibbli li kitbu l-innu "Stabat Mater". Fost dawn insibu lil San Girgor il-Kbir (+604), lil San Bernard minn Clairvaux (+1153) il-Papa Innoċenz III (1161-1216) lil San Bonaventura (+1274) il-Papa Ġwanni XXII (+1334) u l-Papa Girgor XI (+1378).

 

Madanakollu Jacopone ta’ Todi jibqa’ jżomm l-ewwel post. Fost dawk li jżommu li kien Jacopone nsibu lil San Tumas ta’ Aquino li jsemmi manuskritt li fih ġabra ta’ poeżijiet ta’ Jacopone li fiha jissemma li l-innu “Stabat Mater Dolorosa” inkiteb minn dan il-Franġiskan minn Todi.

 

Favorita  fost il-mużiċisti

Matul is-seklu XVI u f’dawk  ta’ wara s-Sekwenza Stabat Mater kienet waħda mill-favoriti  fost il-mużiċisti. L-ewwel kompożizzjonijiet saru mill-kompożituri Inglizi John Browne fl-1490 u Richard Davy fl-istess sena. Warajhom kienu ħafna l-kompożituri li kitbu mużika polifonika u mużika għall-Kor u l-orkestra għal dan l-innu. Fost dawn insemmu lil Belġjan Josquin Desprez (1500), Palestrina (1590), Vivalidi (1715) Pergolesi (1736), Haydn (1767), Schubert (1815), Rossini (1837), Dvorak (1877), Verdi (1898) u għadd ta’ ohrajn. Fost il-kompożituri moderni nsibu lil Marco Frisina (2000), William Copper (2001), u lil Heather u Linda Murray (2005)

 

Ma nistgħux ma nsemmux li fost il-Kompożituri mużikali ta’ l-innu Sabat Mater insibu wkoll lil kompożitur Malti Girolimo Abos li kkompona il-mużika tiegħu fl-1750.

 

Test bil-Malti

Dan hu t-test bil-Malti kif jidher fil-kotba tal-Liturġija.

 

Wieqfa kienet, imbikkija,

l-Omm ]dejn Binha

fit-tbatija, fuq salib imdendel.

 

Ta' din l-Omm il-qalb maqsuma

f'dak l-imrar bl-u[ig] mitmuma,

nifed sejf in-niket.

 

Kemm tbatija f'qalb mu[ug]a,

liema dwejjaq li jifnuha

ħasset l-Omm imbierka!

 

X'we[g]a [arrbet u x'kefrija

meta ratu fit-tbatija

l-Omm lil Binha, Alla!

 

Qalb kull bniedem t]oss g]aliha

lil Omm Kristu, u kemm tibkiha

x’]in tarah f’dil-]asra!

 

Min ma j]ossx id-dwejjaq tag]ha

x’ħin ta' Kristu l-Omm jilma]ha

f'niket kbir ma' Binha?

 

G]ad-dnubiet tal-poplu l-]ati,

lil {esù hi ratu jbati

ta]t is-swat bla ]niena.

 

Rat lil Binha u baqg]et mieg]u

f'dak l-imrar tal-mewta tieg]u

waqt li ]ar[et ru]u.

 

Omm u g]ajn ta' m]abba g]alija,

['g]alni n]oss dik it-tbatija,

biex jien nibki mieg]ek.

 

Kebbes f'qalbi nar ta' m]abba,

la t]alliha qatt tittabba'

im]abbti g]al Kristu.

 

Omm qaddisa, isma' talbi:

dawk il-pjagi q'g]edli f'qalbi

t'Ibnek {esù msallab.

 

Aqsam mieg]i dit-tbatija

g]al {esù, li m]abba fija

xerred demmu kollu.

 

}dejn {esù nibki dnubieti,

fis-salib nara ]tijieti

sakemm ng]ix dil-]ajja.

 

Kemm nixtieqni nibqa' mieg]ek

mas-salib, u fid-dmug] tieg]ek

nissie]eb minn qalbi.

 

Ver[ni mbierka, Omm qalbiena,

uri miegħi din il-ħniena,

biex inħoss l-indiema.

 

Mewt {esù q'għedli quddiemi

fuq il-pjagi jkun biss kliemi

u l-Passjoni tieg]u.

  

{'għalni nhoss il-pjagi fija,

is-salib u kull tbatija,

u nissaffa b'Demmu.

 

Ver[ni mbierka, ieqaf mieg]i

f'Jum il-}aqq, biex fit-tmiem tieg]i

fin-nar qatt nintilef.

 

Bis-salib fit-triq wennisni,

u b'mewt Ibnek, Omm, ]arisni,

\ommni s]i] fil-grazzja.

 

Meta jmut dal-[isem fqajjar,

ag]mel int li jien nittajjar

lejn is-seb] tal-{enna.  Amen


<<|werrej|>>


Min jixtieq aktar informazzjoni dwar il-kompozijonijiet muzikali li saru ta’ dan l-Innu jistghu jzuru dan il-web-site http://www.stabatmater.dds.nl/index.html

Valletta: 11.4.2006


 

L-innu Stabat Mater ħareġ

mill-pinna tal-Franġiskan Jacopone minn Todi (1228? -1306)