|
|
Kotba u Rivisti Frangiskani |
||
|
|
|werrej|Tota Pulchra es Maria John Duns Scotus, Il-Frangiskani u l-Immakulata ta' Patri Noel Muscat ofm
Mhux sew li l-grajjiet ewlenin jintesew. Ic-celebrazzjoni tat-tifkira ggib maghha l-gharfien, l-apprezzament tal-hidma li tkun saret fl-imghoddi u tniedi tigdid.
Fost l-anniversarji li l-Knisja tfakkarna fihom din is-sena [2004] hemm il-150 sena mill-Proklamazzjoni tad-Domma ta’ Fidi ta’ l-Immakulata [8 ta’ Dicembru 1854]. Grajja importanti fl-izvilupp dottrinali tal-Knisja, li tqim b’imhabba specjali lil Marija, l-Omm l-aktar qaddisa ta’ Alla. Ahna llum naccettaw bhala taghlim cert u ta’ min joqghod fuqu li Marija giet imnissla minghajr l-ebda tebgha ta’ dnub, imma sakemm il-Knisja waslet biex tghallimna din id-duttrina bhala domma ta’ fidi, kellhom igerrbu bosta snin. «L-izvilupp veru li jsir fil-qima nisranija jrid bil-fors igib mieghu zieda xierqa fil-qima lejn Omm il-Mulej», tghidilna l-«Marialis Cultus». U dan sehh bla dubju fil-grajja li qeghdin infakkru. Il-hsieb profond tad-Dutturi tal-Knisja, imsieheb mad-devozzjoni tal-poplu ta’ Alla, l-Knisja approvatu bhala duttrina tajba.
Bil-haqq kollu Marija hi x-«Xebba wahdanija», kif isselmilha l-Knisja, u fi kliem San Frangisk ta’ Assisi, hija x-«Xebba li saret Knisja», dik li laqghet fil-guf safi taghha lil Kristu, l-Iben il-wahdieni ta’ Alla, hekk li bil-fors li ma jistax ikun hemm xi hadd iehor bhalha, Hi li qieghda fi klassi ghaliha, kif jghid San Bonaventura: «Imzejna bl-akbar gieh, bl-akbar grazzji, u bl-akbar glorji, li l-ebda hlejqa ohra ma tista’ tixbahha. Wara Gesù, Marija tinsab l-ewwel fil-hsieb ta’ Alla, l-ewwel fl-istorja tal-bnedmin u l-ewwel fil-qalb ta’ dawk li jemmnu. Mela singulari, wahedha, u irrepetibbli, ghax hekk kellha tkun il-missjoni taghha». Il-hsieb semplici ta’ San Frangisk muri fit-talb tieggu sab il-gherf ta’ uliedu li bil-herqa kollha u bl-ifjen hsibijiet ta’ mohhhom ghallmu u xandru l-glorji ta’ Marija. Fost dawn, il-Beatu John Duns Scotus, qieghed fuq l-aktar argumenti sodi d-duttrina ta’ l-Immakulat Konçepiment ta’ Marija Omm Alla u ommna.
Dan id-Duttur Frangiskan, filwaqt li iddefenda l-primat assolut ta’ Kristu Feddej u Medjatur, l-ewwel wiehed fil-pjan ta’ Alla, fl-istess waqt jara wkoll lil Marija, li b’imhabba serafika u bla biza’ jqieghdilha fuq rasha l-kuruna ta’ l-Immakulat Koncepiment taghha. L-argumenti tieghu sabu lil min imerihom. Scotus u l-Iskotisti kellhom jghaddu minn bahar ta’ kalunji, tghajjir li kienu eretici u theddid tas-Santa Inkwizizzjoni. Imma ghal dan pattew it-tejologi u l-predikaturi Frangiskani, u ohrajn maghhom, li xandru u iddefendew bis-shih dan il-privilegg ta’ Marija, sakemm æie milqugh fil-liturgija, u iccelebrat mill-Knisja b’mod ufficjali.
F’pajjizna, waqt li d-duttrina kienet ghaddejja minn bahar ta’ kontroversji, bla biza’ kien imhares dan il-privilegg. Il-Frangiskani Maltin inghaqdu mal-moviment Immakulista tad-dinja u kienu fuq quddiemnett fit-tixrid ta’ dan it-taghlim, bir-rizultat li sa mitt sena qabel id-Domma, f’Malta ma kienx hawn knisja minghajr altar jew xbiha taghha. Ma’ dan inzidu wkoll il-fatt li l-Frangiskani Maltin, fil-professjoni religjuza taghhom, kienu wkoll iwieghdu b’mod l-aktar solenni li kienu lesti li jcarcru demmhom ghad-duttrina Skotista ta’ l-Immakulata. Din hi l-istorja li ghaddew minnha dawk ta’ qabilna, u li ahna llum ma rridux kieku ninsew. Id-Domma ta’ l-Immakulata ikkonfermatha wkoll Marija stess gewwa Lourdes, meta stqarret li kienet «l-Immakulata Kuncizzjoni».
Bhala ghajnuna siewja biex niccelebraw dan l-anniversarju Marjan importanti fil-hajja dottrinali u devozzjonali tal-Knisja, Patri Noel Muscat OFM, ghalliem fit-Tejoloæija u l-Ispiritwalità Frangiskana f’Malta u barra minn Malta, kittieb, li ma’ min hu midœla fis-suggett ma jehtieg l-ebda introduzzjoni, hejjielna din il-kitba bil-ghan li tkun ta’ ghajnuna ghal dawk li jridu jhejju ruhhom ghal dan l-anniversarju. Jibda b’taghrif dwar l-istorja ta’ din id-Domma u l-Festa tal-Kuncizzjoni, il-hajja u l-kontribut dottrinali tal-Frangiskan John Duns Scotus, bil-haqq kollu d-«Duttur ta’ l-Immakulata», u kif iddefenda dan il-privilegg «uniku u singulari» ta’ Marija.
Patri Noel izid jaghtina bil-Malti dawk id-dokumenti tal-Papiet li jitkellmu mill-istess Duns Scotus: il-konferma tal-kult ta’ dan it-tejologu kbir, id-duttrina tieghu dwar l-Immakulata, ic-celebrazzjoni liturgika taghha llum, u l-Ittra Apostolika tad-Domma «Ineffabilis Deus» tal-Beatu Papa Piju IX, flimkien ma bibljografija qasira li minnha l-kittieb ghamel uzu. Hekk din il-gabra ghandha tghinna lkoll biex inkunu nafu aktar dwar din l-«Omm helwa ta Kristu l-Feddej», u fl-istess waqt tkun tifkira li tibqa dan l-Anniversarju tal-150 sena minn din id-Domma ta Fidi.
P. Gorg Aquilina OFM
Taghrif dwar il-Ktieb Titlu: Tota Pulchra es Maria - John Duns Scotus, il-Frangiskani u L-Immakulata, 150 Sena mill-Proklamzzjoni tad-Dmma ta' Fidi ta' l-Immakulata, 8 ta' Dicembru 1854 Kitba ta' Noel Muscat ofm Ippubblikat mill-Edizzjoni TAU L-Ewwel Edizzjoni 2004 Disinji tal-qoxra: Stampat: Pagni:
Jista' jinkiseb minghand Il-Patrijiet Minuri L-Edizzjoni TAU Email : edtau@ofm.org.mt
info@hanut.com Valletta: 5.10.2006 |
Kotba u rivisti Frangiskani
"Hu bi pjacir tieghi li inti tghallem it-Teologija mqaddsa lill-ahwa, sakemm b’dan l-istudju int ma thallix jintefa fik l-ispirtu ta’ talb u l-gabra"a mill-ittra ta' San Frangisk lil Sant'Antnin. |
|
|
|
|||